EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2201

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta'Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000

ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2022; Imħassar b' 32019R1111

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2201/oj

32003R2201



Official Journal L 338 , 23/12/2003 P. 0001 - 0029


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003

tas-27 ta'Novembru 2003

dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 61(ċ) u l-Artikolu 67(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni ta' l-Parlament Ewropew [2];

Wara li kkunsidra l-opinjoni ta' l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [3]

Billi:

(1) il-Komunitajiet Ewropej iffissaw l-oġġettiv li joħolqu żona ta' libertà, siġurtà u ġustizzja, li fiha l-moviment liberu talpersuni huwa assigurat. Għal din il-għan, il-Komunità għandha taddotta, fost affarijiet oħra, miżuri fl-oqsma ta' koperazzjoni ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili li huma neċessarji gżat-tħaddim kif suppost tas-suq intern.

(2) Il-Kunsill Ewropew ta' Tampere ndorsja l-prinċipju tar- rikonoxximent reċiproku ta' deċizjonijiet ġudizzjarji bħala bażi għall-ħolqien ta' żona ġuridika ġenwina, u identifikat id-dritt taż- żjara bħala prijorità.

(3) Il-Regolament ta' l-Kunsill (KE) Nru 1347/2000 [4] jistabbilixxi r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u fi kwistjonijiet dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri għall-minuri taż-żewġ konjuġi fl-okkażjoni ta' l-proċedimenti matrimonjali. Il-kontenut ta' dan ir-Regolament ġie sostanzjalment meħud mill-Konvenzjoni tat-28 ta' Mejju 1998 dwar l-istess suġġett [5]

(4) Fit-3 ta' Lulju 2000 Franza ppreżentat inizjattiva għall-Regolament ta' l-Kunsill dwar l-infurzar reċiproku ta' sentenzi dwar id-drittijiet ta' aċċess għal minuri [6]

(5) Sabiex l-ugwaljanza għal minuri kollha tkun assigurata, dan ir-Regolament ikopri d-deċizjonijiet kollha dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri, inkluzi l-miżuri ta' protezzjoni għall-minuri, indipendentement minn xi konnessjoni ma' xi proċedura matrimonjali.

(6) Ladarba l-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri ta' sikwit titfaċċa fil-kuntest ta' proċedimenti matrimonjali, ikun aktar xieraq li jkun hemm strument wieħed għall-kwistjonijiet ta' divorzju u r-responsabilità ta' l-ġenituri.

(7) L-iskop ta' dan ir-Regolament ikopri kwistjonijiet ċivili, tkun x'tkun in-natura ta' l-qorti jew tribunal.

(8) Fir-rigward ta' sentenzi dwar divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieg, dan ir-Regolament għandu japplika biss għax-xoljiment tar-rabtiet matrimonjali u m'għandux jittratta ma' kwistjonijiet bħal raġunijiet għal divorzju, il-proprjetà bħala konsegwenza taż-żwieg jew kwalsiasi miżuri oħra anċillari.

(9) Fir-rigward ta' l-proprjetà ta' l-minuri, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-miżuri għall-protezzjoni ta' l-minuri, i.e. (i) in-nomina u l-funzjonijiet ta' persuna jew korp li għandu l-karigu ta' l-proprjetà ta' l-minuri, li jirrapreżenta jew li jgħin lill-minuri, u (ii) l-amministrazzjoni, il-konservazzjoni, jew il-ħelsien ta' l-proprjetà ta' l-minuri. F'dan il-kuntest, dan ir-Regolament għandu, per ezempju, japplika f'każijiet fejn il-ġenituri qegħdin jargumentaw fir-rigward ta' l-amministrazzjoni ta' l-proprjetà ta' l-minuri. Dawk il-Miżuri relatati mal-proprjetà ta' l-minuri li ma jikkonċernawx il-protezzjoni ta' l-minuri għandhom ikomplu jiġu rregolati mir-Regolament ta' l-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi ta' l-qorti fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali [7]

(10) Dan il-Regolament mhuwiex maħsub biex japplika għall-kwistjonijiet ta' siġurtà soċjali, miżuri pubbliċi ta' natura ġenerali fi kwistjonijiet ta' edukazzjoni jew saħħa jew għall-deċiżjonijiet dwar id-dritt ta' l-ażil u dwar l-immigrazzjoni. Barra minn dan, huwa m'għandux japplika għall-istabbiliment ta' l- paternità u l-maternità, peress li din hija kwistjoni differenti mill-attribuzzjoni tar-responsabbilità ta' l-ġenituri, u lanqas għall- kwistjonijiet oħra konnessi ma' l-istatus ta' l-persuni. Minbarra dan, m'għandux japplika għall-miżuri meħuda bħala riżultat ta' reati kriminali magħmula mill-minuri.

(11) L-obligazzjonijiet ta' manteniment huma esklużi mill-iskop ta' dan ir-Regolament peress li dawn huma diġà koperti mir-Regolament ta' l-Kunsill Nru 44/2001. Il-qrati li għandhom il-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament ġeneralment għandhom il-ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu dwar l-obbliġazzjonijiet ta' manteniment billi japplikaw l-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' l-Kunsill Nru 44/2001.

(12) Ir-raġunijiet ta' l-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' responsabbilità ta' l-ġenituri stabbiliti fir-Regolament preżenti huma fformati fi ħdan l-aqwa interessi għall-minuri, u partikolarment dwar il-kriterju ta' l-qrubija. Dan ifisser li l-ġurisdizzjoni għandha toqgħod l-ewwelnett ma' l-Istat Membru tar-residenza abitwali ta' l-minuri, ħlief għal ċerti każijiet fejn hemm tibdil fir-residenza ta' l-minuri jew skond ftehim bejn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità.

(13) Fl-interess ta' l-minuri, dan ir-Regolament jippermetti, permezz ta' eċċezzjoni u taħt ċerti kondizzjonijiet, li l-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni tista' tittrasferixxi każ għal qorti oħra ta' Stat Membru jekk din il-qorti hija f'posizzjoni aħjar biex tisma' l-każ. Madankollu, f'dan il-każ it-tieni qorti m'għandiex titħalla tittrasferixxi l-każ għal qorti terza.

(14) Dan ir-Regolament għandu jieħu effett mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' l-liġi internazzjonali pubblika dwar l-immunità diplomatika. Fejn taħt dan ir-Regolament ma tistax tiġi applikata l-ġurisdizzjoni minħabba l-eżistenza ta' l-immunità diplomatika skond il-liġi nternazzjonali, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi applikata skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru li fih il-persuna kkonċernanta ma tgawdix minn din l-immunità.

(15) Ir-Regolament ta' l-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar in-notifika fl-Istati Membri tad-dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji f'materji ċivili jew kummerċjal [8] għandu japplika għan-notifika ta' dokumenti fi proċedimenti mibdija skond dan ir-Regolament.

(16) Dan ir-Regolament m'għandux jimpedixxi lill-qrati ta' xi Stat Membru milli jieħdu miżuri proviżorji, inkluzi dawk protettivi, f'każijiet urġenti, fir-rigward ta' persuni jew proprjetà li tinstab f'dak l-Istat.

(17) F'każijiet ta' tneħħija jew żamma nġusta ta' minuri, ir-ritorn ta' l-minuri għandu jinkiseb mingħajr dewmien, u għal dan il-għan għandha tkompli tapplika l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-25 ta' Ottubru 1980 kif kumplementata mid-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u partikolarrment l-Artikolu 11. Il-qrati ta' l-Istati Membri liema jew li minnhom il-minuri ġew imneħħija nġustament jew miżmuma għandhom ikun jistghu jopponu r-ritorn tiegħu f'każijiet speċifici jew skond kif ġustifikati. Madankollu, deċiżjoni bħal din tista' tiġi sostitwita minn deċiżjoni sussegwenti mill-qorti ta' l-Istat Membru tar-residenza abitwali ta' l-minuri qabel it-tneħħija jew żamma nġusta. Jekk dik is-sentenza tobbliga r-ritorn ta' l-minuri, ir-ritorn għandu jiġi magħmul mingħajr l-ebda proċedura speċjali neċessarja għar-rikonoxximent u l-enfurzar ta' dik is-sentenza fl-Istat Membru liema jew f'liema l-minuri ġew imneħħija jew miżmuma.

(18) Fejn il-qorti ddeċidiet li ma tirritornax il-minuri skond l-Artikolu 13 ta' l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1980, hija għandha tinforma l-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni jew awtorità ċentrali fl-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta. Kemm-il darba l-qorti f'dan l-aħħar Stat Membru ma ħaditx pussess ta' dan, din il-qorti jew l-awtorità centrali għandha tinnotifika l-partijiet. Din l-obligazzjoni m'għandhiex titħalla topponi l-awtorità ċentrali milli tinnotifika wkoll l-awtoritajiet rilevanti pubbliċi skond il-liġi nazzjonali.

(19) Is-smiegħ ta' l-minuri tilgħab parti mportanti fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għalkemm dan l-instrument mhux maħsub sabiex jimmodifika l-proċedimenti nazzjonali fejn applikabli.

(20) Is-smigħ ta' l-minuri fi Stat Membru ieħor jista' isir taħt arranġamenti stabbiliti fir-Regolament ta' l-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar il-kooperazzjoni bejn il-qrati ta' l-Istati Membri fejn tittieħed ix-xiehda fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali [9].

(21) Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi mogħtija fi Stat Membru għandu jiġi bbażat fuq il-prinċipju ta' fiduċja reċiproka u l-bażi għal nuqqas ta' rikonoxximent għandu jinżamm għall-minimu neċessarju.

(22) L-istrumenti awtentiċi u l-ftehim bejn partijiet li huma nfurzabbli fi Stat Membru wieħed għandhom jiġu ttrattati bħala ugwali għal "sentenzi" għall-iskop ta' l-applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar.

(23) Il-Kunsill Ewropew ta' Tampere kkunsidra fil-konklużjonijiet tiegħu (punt 34) li sentenzi fil-qasam tat-tilwim familjari għandhom ikunu "awtomatikament rikonoxxuti f'kull parti ta' l-Unjoni mingħajr ebda proċedimenti intermedji jew bażi għar-rifjut ta' l-infurzar". Huwa għalhekk li sentenzi dwar id-drittijiet ta' aċċess u sentenzi dwar ir-ritorn li ġew ċertifikati ġewwa l-Istati Membri fejn oriġinaw skond id-disposizzjoniet ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu rikonoxxuti u nfurzati fl-Istati Membri kollha mingħajr ma tkun neċessarja ebda proċedura oħra. L-arranġamenti għall-infurzar ta' dawn is-sentenzi jkomplu jiġu rregolati mil-liġi nazzjonali.

(24) Iċ-ċertifikat maħruġ sabiex jiffaċilita l-infurzar tas-sentenza m'għandux ikun suġġett għall-appell. Għandu jiġi kkoreġut biss fejn hemm żball materjali, jiġifieri fejn ma jirriflettix b'mod korrett is-sentenza.

(25) L-awtoritajiet ċentrali għandhom jikkoperaw fi kwistjonijiet ġenerali kif ukoll f'każijiet speċifiċi, inklużi wkoll ir-raġunijiet li jiffavurixxu soluzzjoni ta' ħbiberija ta' tilwim familjari, fi kwistjonijiet ta' responsabbilità ta' l-ġenituri. Għal din il-fini l-awtoritajiet ċentrali għandhom jipparteċipaw fin-Network Ġudizzjarja Ewropea fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali [10].

(26) Il-Kummissjoni għandha tpoġġi għad-disposizzjoni ta' l-pubbliku u taġġorna l-listi ta' l- qrati u proċedimenti għat-tiswija ta' l-inġustizzji, ikkomunikati mill-Istati Membri.

(27) Il-miżuri neċessarji ghall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu addottati skond id-Deċizjoni ta' l-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi il-proċeduri għall-ezerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [11].

(28) Dan ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 li qed jiġi b'dan revokat.

(29) Għat-tħaddim kif suppost ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni tagħha u tipproponi dawk l-emendi li jidrilha li huma neċessarji.

(30) Ir-Renju Unit u l-Irlanda, bi qbil ma' l-Artikolu 3 ta' l-Protokoll dwar il-pożizzjoni dwar ir-Renju Unit u l-Irlanda li huwa anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u dwar it-Trattat li jistabilixxi l-Kommunità Ewropea, taw avviż tax-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(31) Id-Danimarka, skond l-Artikolu 1 u 2 ta' l-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi l-Kommunità Ewropea, mhux se tipparteċipa fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u għaldaqstant mhijiex marbuta u lanqas soġġetta għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(32) Ladarba l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu suffiċjentament milħuqa mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jiġu milħuqa aħjar mil-livell ta' l-Komunità, il-Komunità tista' taddotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx aktar lil' hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(33) Dan ir-Regolament jirrikonoxxi d-drittijiet fondamentali u josserva l-prinċipji ta' l-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta' l-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, ifittex li jassigura r-rispett għad-drittijiet fondamentali ta' l-minuri kif stabbiliti fl-Artikolu 24 ta' l-Karta tat-Drittijiet Fondamentali ta' l-Unjoni Ewropea.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Il-kamp ta' applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament għandu japplika, tkun xi tkun in-natura ta' l-qorti jew tribunal, fi kwistjonijiet ċivili dwar:

(a) id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ;

(b) l-attribuzzjoni, l-ezerċizzju, id-delegazzjoni, ir-restrizzjoni jew it-terminazzjoni tar-responsabbilità ta' l-ġenituri.

2. Il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu1(b) jistgħu, partikolarment, jittrattaw fi:

(a) drittijiet ta' kustodja u drittijiet ta' aċċess;

(b) kuratura, tutela w istituzzjonijiet simili;

(ċ) in-nomina u l-funzjonijiet ta' xi persuni jew korp li għandhom l-inkarigu ta' l-minuri jew ta' l-proprjetà, ir-rappreżentanza jew l-għajnuna ta' l-minuri;

(d) it-tqegħid ta' l-minuri ma' familja tar-rispett jew f' kustodja stituzjonali;

(e) il-miżuri għall-protezzjoni ta' l-minuri dwar l-amministrazzjoni, il-konservazzjoni u l-ħelsien ta' l-proprjetà tagħhom.

3. Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a) l-istabbiliment jew kontestazzjoni ta' relazzjonijiet bejn minuri u ġenituri;

(b) id-deċizjonijiet dwar l-adozzjoni, il-miżuri preparatorji għall-adozzjoni, jew l-annullament jew ir-revoka ta' l-adozzjoni;

(ċ) l-isem u l-ewwel ismijiet ta' l-minuri;

(d) l-emanċipazzjoni;

(e) l-obbliġazzjonijiet ta' manteniment;

(f) il-fondi fiduċjarji jew ta' suċċessjoni;

(g) il-miżuri meħuda bħala rizultat ta' xi reati kriminali magħmula mill-minuri.

Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

1. ll-kelma "qorti" għandha tkopri l-awtoritajiet kollha fl-Istati Membri bil-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt u li huma nkluzi fil-kompetenza ta' dan ir-Regolament skond l-Artikolu 1;

2. il-kelma "imħallef" għandha tfisser imħallef jew uffiċjal li għandu l-poteri ekwivalenti ghall dawk ta' imħallef fi kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza ta'dan ir-Regolament;

3. il-kliem "L-Istati Membri" għandhom ifissru l-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni tad-Danimarka;

4. il-kelma "sentenza" għandha tfisser divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ, kif ukoll sentenza dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri, iddikjarata minn qorti ta' Stat Membru, hu x'inhu t-terminu li tista' tiġi msejjħa bih is-sentenza, inkluzi diġriet, ordni jew deċiżjoni;

5. il-kliem "l-oriġini ta' l-Istati Membri" għandhom ifissru l-Istat Membru fejn is-sentenza li għandha tiġi nfurzata ġiet maħruġa;

6. il-kliem "L-Istati Membru ta' l-infurzar" għandu jfisser l-Istat Membru fejn qed tipprova tiġi nfurzata s-sentenza;

7. il-kliem "responsabbilità ta' l-ġenituri" għandhom ifissru d-drittijiet u r-responsabbilitajiet kollha dwar il-persuna jew il-proprjetà ta' l-minuri li huma moghtija lil persuna jew persuna legali b'sentenza, bl-operazzjoni ta' l-liġi jew b'xi fteħim li għandu effetti legali. Il-kliem se jinkludu d-drittijiet ta' kustodja u d-drittijiet ta' l-aċċess;

8. il-kliem "min għandu r-responsabilità ta' l-ġenituri" se tfisser kwalunkwe persuna li għandha r-responsabilità ta' l-ġenituri fuq il-minuri;

9. il-kliem "drittijiet ta' kustodja" għandhom jinkludu drittijiet u responsabbilitajiet dwar il-kura ta' l-persuna ta' l-minuri, u partikolarment id-drittijiet li jiddeterminaw il-post ta' residenza ta' l-minuri;

10. il-kliem "drittijiet ta' aċċess" għandhom jinkludu partikolarment id-dritt li tieħu l-minuri f'post ‘l barra minn dak li huwa l-post residenzali proprju, għal perjodu ta' żmien limitat;

11. il-kliem "tneħħija nġusta jew iż-żamma" għandhom ifissru t-tneħħija ta' l-minuri jew iż-żamma fejn;

(a) hemm ksur ta' liġi tad-drittijiet ta' kustodja akkwistati permezz ta' sentenza jew b'operat ta' liġi jew b'xi fteħim li għandu effett legali taħt il-liġi ta' l-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma;

u

(b) iżda, f'dak iż-żmien tat-tneħħija jew iż-żamma, id-drittijiet ta' kustodja kienu attwalment eżerċitati, konġuntament jew unikament, jew kieku kienu ikunu hekk eżerċitati minħabba t-tneħħija jew iż-żamma. Il-kustodja se tiġi kkunsidrata biex tiġi eżerċitata konġuntament meta, skond sentenza jew b'operat ta' liġi, wieħed mill-ġenituri li għandu jew għandha r-responsabbilità ma tistax tiddeċiedi dwar il-post ta' residenza ta' l-minuri mingħajr il-kunsens ta' persuna oħra li għandha r-responsabbilità ta' l-ġenitur.

KAPITOLU II

IL-ĠURISDIZZJONI

TAQSIMA 1

Id-divorzju, is-separazzjoni legali u l-annullament taż-żwieġ

Artikolu 3

Il-ġurisdizzjoni ġenerali

1. Fi kwistjonijiet dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ, il-ġurisdizzjoni ħa taqa' taħt il-kompetenza ta' l-qrati ta' l-Istat Membru

(a) f'liema territorju:

- il-konjuġi huma abitwalment residenti, jew

- il-konjuġi kienu joqgħodu hemm l-aħħar, peress illi xi ħadd minnhom għadu/għadha residenti hemm, jew

- il-konvenut huwa abitwalment residenti, jew

- fil-każ ta' applikazzjoni konġunta, wieħed jew waħda mill-konjuġi huwa abitwalment residenti, jew

- L-applikant huwa abitwalment residenti jekk hu jew hija kienu joqgħodu hemm mill-inqas sena mmedjatament qabel ma' saret l-applikazzjoni, jew

- L-applikant huwa abitwalment residenti jekk hu jew hija kienu residenti hemm mill-inqas sitt xhur immedjatament qabel saret l-applikazzjoni u jekk wieħed jew waħda minnhom huwa ċittadin ta' l-Istat Membru in kwistjoni jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha "id-domiċilju" hemmhekk;

(b) dwar in-nazzjonalità taż-żewg konjuġi jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, dwar "id-domiċilju" taz-żewġ konjuġi.

2. Għar-raġunijiet ta' kompetenza ta' dan ir-Regolament, "domiċilju" se jkollu l-istess tifsira kif għandu taħt is-sistemi legali tar-Renju Unit u l-Irlanda.

Artikolu 4

Il-Kontro talba

Il-Qorti f'liema l-proċedimenti huma pendenti skond il-bażi ta' l-Artikolu 3 għandu jkollha wkoll il-ġurisdizzjoni sabiex teżamina kontro talba, inkwantu din ta' l-aħħar taqa' taħt il-kompetenza ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Il-Bidla tas-separazzjoni legali f'divorzju

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, qorti ta' Stat Membru li qatgħat sentenza dwar is-separazzjoni legali għandha jkollha wkoll il-ġurisdizzjoni biex tibdel dik is-sentenza f'divorzju, kemm il-darba l-liġi ta' dak l-Istat Membru jippermetti.

Artikolu 6

In-natura esklussiva ta' l-ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 3, 4 u 5

Il-konjuġi li:

(a) huwa/hija abitwalment residenti fit-territorju ta' Stat Membru; jew

(b) huwa/hija ċittadin ta' Stat Membru, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha "id-domiċilju" fit-territorju f'wieħed minn dawn l-aħħar Stati Membri,

jista' jiġi mħarrek/imħarrka fi Stat Membru ieħor skond l-Artikoli 3, 4 u 5 biss.

Artikolu 7

Il-Ġurisdizzjoni residwa

1. Fejn l-ebda qorti ta' Stat Membru ma jkollha ġurisdizzjoni skond l-Artikoli 3,4 u 5, il-ġurisdizzjoni għandha tiġi ddeterminata, f'kull Stat Membru, skond il-liġijiet ta' dak l-Istat.

2. Kontrarju ta' konvenut li m'huwiex abitwalment residenti u lanqas huwa/hija ċittadin ta' Stat Membru jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, m'għandux/iex "id-domiċilju" fit-territorju ta' dawn l-aħħar Stati Membri, kwalunkwe ċittadin ta' Stat Membru li huwa/hija abitwalment residenti fit-territorju ta' xi Stat Membru ieħor jista'/tista', bħaċ-cittadini ta' dak l-Istat, jagħmlu wżu mir-regoli ta' ġurisdizzjoni li huma applikabbli f'dak l-Istat.

TAQSIMA 2

IR-Responsabbilità ta' l-ġenituri

Artikolu 8

Il-Ġurisdizzjoni ġenerali

1. Il-qrati ta' Stat Membru għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' responsabbilità ta' l-ġenituri dwar minuri li huma abitwalment residenti f'dak l-Istat Membru fiż-żmien li l-qorti tkun ħadet il-pussess.

2. Il-Paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 9, 10 u 12.

Artikolu 9

Il-Kontinwità ta' l-gurisdizzjoni tar-residenza abitwali ta' qabel ta' l-minuri

1. Fejn minuri jiċċaqalqu legalment minn Stat Membru wieħed għall-ieħor u jakkwistaw residenza abitwali ġdida hemmhekk, il-qrati ta' l-Istat Membru tar-residenza abitwali ta' qabel se, skond eċċezzjoni għall-Artikolu 8, iż-żomm il-ġurisdizzjoni matul perjodu ta' tlett xhur wara ċ-ċaqliqa għall-iskop ta' modifika ta' sentenza dwar drittijiet ta' aċċess maħruġa f'dak l-Istat Membru qabel il-minuri ġew imċaqalqin, fejn il-pussessur tad-drittijiet ta' aċċess skond is-sentenza dwar id-drittijiet ta' aċċess ikompli jkollu jew ikollha r-residenza abitwali fl-Istat Membru tar-residenza abitwali ta' qabel, ta' l-minuri.

2. Il-Paragrafu 1 m'għandux japplika jekk il-pussessur tad-drittijiet ta' aċċess imsemmija fil-paragrafu 1 aċċetta l-ġurisdizzjoni ta' l-qrati ta' l-Istat Membru tar-residenza abitwali ġdida ta' l-minuri billi jipparteċipa fi proċedimenti quddiem dawk il-qrati mingħajr jopponi l-ġurisdizzjoni tagħhom.

Artikolu 10

Il-Ġurisdizzjoni f'każijiet ta' ħtif ta' minuri

F'każ ta' tneħħija jew żamma nġusta ta' minuri, il-qrati ta' l-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta għandhom iżommu l-ġurisdizzjoni sakemm il-minuri jakkwistaw residenza abitwali fi Stat Membru ieħor u:

(a) kull persuna, istituzzjoni jew xi korp ieħor li għandhom drittijiet ta' kustodja taw il-kunsens tagħhom għat-tneħħija jew żamma;

jew

(b) il-minuri kellhom residenza f'dak l-Istat Membru l-ieħor għall-perjodu ta' mill-inqas sena wara li l-persuna, istituzzjoni jew xi korp ieħor li għandhom drittijiet ta' kustodja kellhom jew setgħaw kellhom informazzjoni fejn qegħdin il-minuri u l-minuri ġew issistemati fl-ambjent ġdid tagħhom u mill-inqas waħda mill kondizzjonijiet segwenti ġiet milqugħa:

(i) Fi żmien sena wara li l-pussessur tad-drittijiet ta' kustodja kellu/ha jew seta' kellu/ha nformazzjoni dwar fejn kienu l-minuri, ma saret l-ebda talba għar-ritorn ppreżentatquddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn il-minuri ġew imneħħija jew miżmuma;

(ii) talba għar-ritorn reġistrata mill-pussessur tad-drittijiet ta' kustodja ġiet irtirata u l-ebda talba ġdida ma ġiet ippreżentata fiż-żmien limitu skond il-paragrafu (i);

(iii) każ quddiem qorti fl-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta ġiet magħluq skond l-Artikolu 11(7);

(iv) sentenza dwar kustodja li ma tikkunsidrax li t-talba tar-ritorn ta' l-minuri tkun inħarġet mill-qrati ta' l-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija nġusta jew iż-żamma.

Artikolu 11

Ir-Ritorn ta' l-minuri

1. Fejn persuna, istituzzjoni jew xi korp ieħor li għandhom id-drittijiet ta' kustodja japplika ma' l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru biex joħroġu sentenza dwar il-bażi ta' l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-25 ta' Ottubru 1980 dwar l- Aspetti Ċivili dwar il-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri (hawnhekk iżjed ‘il quddiem "il-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1980"), ħalli tikseb ir-ritorn ta' l-minuri li ġew inġustament imneħħija jew miżmuma fi Stat Membru barra dak li huwa l-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta, għandhom japplikaw paragrafi 2 sa 8.

2. Meta jiġu applikati l-Artikoli 12 u 13 ta' l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1980, għandu jiġi assigurat li l-minuri għandhom jiġu mogħtija l-opportunità li tinstema' x-xhieda tagħhom waqt il-proċedimenti sakemm dan ma jidhirx li dan ma jkunx xieraq minħabba l-età ta' l-minuri jew il-livell ta' maturità tagħhom.

3. Qorti li fiha hemm applikazzjoni għar-ritorn ta' l-minuri kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandha taġixxi bil-ħeffa fil-proċedimenti dwar l-applikazzjoni, billi tuża l-aktar proċedimenti ħfief fix-xogħol li huma disponibbli fil-liġi nazzjonali.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-qorti għandha, ħlief fejn ċirkustanzi eċċezzjonali jagħmlu dan impossibli, taqta' is-sentenza tagħha sa mhux aktar tard minn sitt gimgħat wara li l-applikazzjoni tkun ġiet irreġistrata.

4. Qorti ma tistax tirrifjuta milli tirritorna minuri a bażi ta' l-Artikolu 13b ta' l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1980 jekk jiġi stabbilit li saru l-arranġamenti xierqa sabiex jiżguraw il-protezzjoni ta' l-minuri wara r-ritorn tiegħu jew tagħha.

5. Qorti ma tistax tirrifjuta milli tirritorna minuri sakemm il-persuna li talbet ir-ritorn ta' l-minuri tkun ingħatat l-opportunità li tinstema'.

6. Jekk qorti ħarġet ordni kontra r-ritorn skond l-Artikolu 13 ta' l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1980, il qorti għandha immedjatament titrasmetti jew direttament jew mill-awtorità ċentrali tagħha,, kopja ta' l-ordni ta' l-qorti dwar l- sabiex ma jsirx ir-ritorn u d-dokumenti rilevanti, u partikolarment traskrizzjoni tas-seduti quddiem il-qorti, lill-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni jew lill-awtorità ċentrali fl-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta, kif determinati mil-liġi nazzjonali. Il-Qorti għandha tirċievi d-dokumenti kollha msemmija fi żmien xahar mid-data ta' l-ordni sabiex ma jsirx ir-ritorn.

7. Kemm-il darba il-qrati fl-Istat Membru fejn il-minuri kienu abitwalment residenti mmedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma nġusta ġew diġa fil-pussess ta' wieħed mill-partijiet, il-qorti jew l-awtorità ċentrali li tirċievi l-informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 6 għandha tinnotifika lill-partijiet u tistedinhom jagħmlu s-sottomissjonijiet lill-qorti, skond il-liġi nazzjonali, fi żmien tlett xhur tad-data ta' notifika ħalli l-qorti tkun tista' teżamina l-kwistjoni ta' l-kustodja ta' l-minuri.

Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni li jinstabu f'dan ir-Regolament, il-qorti għandha tagħlaq il-każ jekk ebda sottomissjoni ma tiġi reġistrata mill-qorti fiż-żmien limitu.

8. Minkejja sentenza biex ma jsirx ir-ritorn skond l-Artikolu 13 ta' l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1980, kwalunkwe sentenza li tiġi wara li tirrekjedi r-ritorn ta' l-minuri maħruġa minn qorti li għandha l-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament għandha tkun infurzabbli skond it-Taqsima 4 ta' l-Kapitolu III li tinstab aktar l-isfel ħalli jiġi tassigurat ir-ritorn ta' l-minuri.

Artikolu 12

Il-Proroga ta' l-ġurisdizzjoni

1. Il-qrati ta' xi Stat Membru li jeżerċitaw l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 3 dwar l-applikazzjoni għad-divorzju, għas-separazzjoni legali jew għall-annullament taż-żwieg għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni dwar kwalsijasi kwistjoni dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri li għandha x'taqsam ma' dik l-applikazzjoni fejn:

(a) mill-inqas wieħed mill-konjuġi għandu jew għandha r-responsabbilità bħala ġenituri fir-rigward tal-minuri

u

(b) il-ġurisdizzjoni ta' l-qrati ġiet aċċettata espressament jew xort'oħra f'mod inekwivokabbli mill-konjuġi u bejn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità, fil-ħin li l-qorti tieħu pussess ta' dan, u tkun fl-aqwa nteressi ta' l-minuri.

2. Il-ġurisdizzjoni mogħtija fil-paragrafu 1 għandha tieqaf jekk kif:

(a) is-sentenza li tippermetti jew tirrifjuta l-applikazzjoni għad-divorzju, għas-separazzjoni legali jew għall-annullament taż-żwieg ġiet finalizzata;

(b) f'dawk il-każijiet fejn il-proċedimenti dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri għadhom pendenti fid-data imsemmija f' (a), sentenza f'dawn il-proċedimenti giet iffinalizzata;

(ċ) il-proċedimenti msemmija f' (a) u f'(b) ġew mitmuma għal raġuni oħra.

3. Il-qrati ta' Stat Membru għandu jkollhom ukoll il-ġurisdizzjoni dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri fi proċedimenti minn barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fejn:

(a) il-minuri għandhom konnessjoni sostanzjali ma' dak l-Istat Membru, u partikolarment bis-saħħa ta' l-fatt li bejn wieħed minn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità huwa/hija abitwalment residenti f'dak l-Istat Membru jew li l-minuri huma ċittadini ta' dak l-Istat Membru;

u

(b) il-ġurisdizzjoni ta' l-qrati ġiet espressament aċċettata jew xort'oħra f'mod inekwivokabbli mill-partijiet kollha fil-proċedimenti fil-ħin li l-qorti ħadet il-pussess u dan fl-ahjar interess għall-minuri.

4. Fejn il-minuri għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju ta' xi Stat terz li mhuwiex parti kontrattanti mal-Konvenzjoni ta' l-Aja tad-19 ta' Ottubru 1996 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, l-infurzar u l-koperazzjoni dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri u l-miżuri għall-protezzjoni tat-tfal, il-ġurizdizzjoni taħt dan l-Artikolu għandha tiġi meqjusa li tkun għall-aħjar interessi ta' l-minuri, u partikolarment jekk jinstab li huwa impossibbli li jinżammul-proċedimenti f'dak l-Istat terz in kwistjoni.

Artikolu 13

Il-ġurisdizzjoni ibbażata fuq il-preżenza ta' l-minuri

1. Fejn ir-residenza abitwali ta' l-minuri ma tistax tiġi stabbilita u l-ġurisdizzjoni ma tistax tiġi ddeterminata dwar il-bażi ta' l-Artikolu 12, il-qrati ta' l-Istat Membru fejn il-minuri huma preżenti għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni.

2. il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għat- tfal li huma refuġjati jew tfal li huma nternazzjonalment spustati minħabba f'xi nkwiet f'pajjiżhom.

Artikolu 14

Il-Ġurisdizzjoni residwa

Fejn ebda qorti ta' xi Stat Membru għandha l-ġurisdizzjoni skond l-Artikolu 8 sa 13, il-ġurisdizzjoni għandha tkun determinata, f'kull Stat Membru, mil-liġijiet ta' dak l-Istat.

Artikolu 15

It-Trasferiment għal qorti li tinstab f'post aħjar sabiex jinstema' l-każ

1. B'mod ta' eċċezzjoni, il-qrati ta' xi Stat Membru li għandhom il-ġurisdizzjoni dwar is-sostanza ta' l-kwistjoni jistgħu, jekk jikkunsidraw li qorti ta' Stat Membru ieħor, li magħha l-minuri għandu konnessjoni partikolari, u fejn dan huwa fl-aħjar interessi ghall-minuri, tkun f'posizzjoni aħjar biex jisimgħu l-każ, jew parti speċifika minnu:

(a) twaqqaf l-każ jew parti minnu fil-kwistjoni u tistieden lill-partijiet biex jippreżentaw talba quddiem il-qorti ta' dak l-Istat Membru l-ieħor skond il-paragrafu 4; jew

(b) titlob qorti ta' Stat Membru ieħor biex tassumi l-ġurisdizzjoni skond il-paragrafu 5.

2. Il-Paragrafu 1 għandu japplika:

(a) malli ssir l-applikazzjoni minn parti waħda; jew

(b) fuq mozzjoni proprja ta' l-qorti: jew

(ċ) ma' l-applikazzjoni minn xi qorti ta' Stat Membru ieħor li miegħu l-minuri għandu konnessjoni partikolari, skond il-paragrafu 3.

Trasferiment magħmul fuq mozzjoni ta' l-qorti proprja jew b'applikazzjoni minn xi qorti ta' Stat Membru ieħor għandu jiġi aċċettat mill-inqas minn wieħed mill-partijiet.

3. Il-minuri għanhom ikunu kkunsidrati li għandhom konnessjoni partikolari ma xi Stat Membru kif imsemmi fil-paragrafu 1, jekk dak l-Istat Membru;

(a) ikun sar ir-residenza abitwali ta' l-minuri wara li l-qorti msemmija fil paragrafu 1 tkun ħadet il-pussess; jew

(b) hija r-residenza abitwali ta' qabel ta' l-minuri; jew

(ċ) huwa l-post taċ-ċittadinanza ta' l-minuri; jew

(d) huwa r-residenza abitwali tad-detentur tar-responsabilità bejn il-ġenituri; jew

(e) huwa l-post fejn tinstab proprjetà ta' l-minuri u l-każ jikkonċerna miżuri għall-protezzjoni ta' l-minuri dwar l-amministrazzjoni, il-konservazzjoni jew ħelsien ta' din il-proprjetà.

4. Il-qrati ta' l-Istat Membru li għandu l-ġurisdizzjoni dwar is-sostanza ta' l-kwistjoni għandhom jiffissaw żmien limitat b'liema l-qrati ta' dak l-Istat Membru l-ieħor għandhom jieħdu l-pussess skond il-paragrafu 1.

Jekk il-qrati ma jkunux ħadu pussess f'dak iż-żmien, il-qorti li kellha l-pussess għandha tkompli teżerċita l-ġurisdizzjoni skond l-Artikolu 8 sa 14.

5. Il-qrati ta' dak l-Istat Membru l-ieħor jistgħu', fejn minħabba għall-cirkustanzi speċifiċi ta' l-każ, dan ikun fl-aħjar interess għall-minuri, jaċċettaw il-ġurisdizzjoni fi żmien sitt ġimgħat mill-pussess tagħhom skond il-paragrafu 1(a) jew 1(b). F'dan il-każ, il-qorti li ħadet il-pussess l-ewwel għandha tirrinunzja għall-ġurisdizzjoni; Inkella, il-qorti li ħadet il-pussess l-ewwel għandha tkompli teżerċita l-ġurisdizzjoni skond l-Artikoli 8 sa 14.

6. Il-qrati għandhom jikkoperaw għar-raġunijiet ta' dan l-Artikolu, direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet ċentrali maħtura skond l-Artikolu 53.

TAQSIMA 3

Id-Disposizzjonijiet komuni

Artikolu 16

Il-Pussess ta' Qorti

1. Qorti għandha tiġi kkunsidrata li hija fil-pussess;

(a) fiż-żmien li d-dokument li istitwixxa l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti jiġu ppreżentati l-qorti, dement li l-applikant ma naqasx/sitx sussegwentement milli jieħu/tieħu l-passi neċessarji li kienu dovuti li sabiex issir in-notifika fuq il-konvenut;

jew

(b) jekk id-dokument għandu jiġi notifikat qabel ma jiġi ppreżentat il-qorti, waqt iż-żmien li jiġi riċevut mill-awtorità responsabbli għas-servizz, dement li l-applikant ma jonqosx milli jieħu l-passi li kellu jieħu biex id-dokument jiġi ppreżentat il-qorti.

Artikolu 17

L-Eżaminazzjoni nkwantu għall-ġurisdizzjoni

Fejn qorti ta' Stat Membru għandha l-pussess dwar każ li m'għandiex il-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament u dwar liema xi qorti ta' Stat Membru ieħor għandha l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, għandha tiddikjara b'mozzjoni proprja li m'għandhiex ġurisdizzjoni.

Artikolu 18

L-Eżaminazzjoni nkwantu għall-ammissibbilità

1. Fejn il-konvenut huwa/hija abitwalment residenti fi Stat li ma jkunx dak l-Istat Membru fejn ittieħdet l-azzjoni u ma jidirx/tidhirx, il-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni għandha żżomm il-proċedimenti sakemm ikun jista' jiġi ppruvat li l-konvenut kellu/ha l-possibiltà li jirċevi/tirċevi d-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew document ekwivalenti fi żmien suffiċjenti li tħalliħ/ha jirranġa/tirranġa għad-difiża tiegħu/tagħha, jew li l-passi neċessarji kollha ttieħdu għal dan il-għan.

2. L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) No 1348/2000 għandu japplika minflok id-disposizzjonijiet ta' l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jekk id-dokument li stitwixxa l-proċedimenti jew document ekwivalenti kellu jiġi mgħoddi minn Stat Membru wieħed għall-ieħor skond dak ir-Regolament.

3. Fejn id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) No 1348/2000 ma japplikawx, l-Artikolu 15 ta' l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-15 ta' Novembru 1965 dwar in-notifikabarranija ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġuduzzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjail għandhom japplikaw jekk id-dokument li stitwixxa l-proċedimenti jew document ekwivalenti kellu jiġi trażmess barra skond dik il-Konvenzjoni.

Artikolu 19

Lis pendens u azzjonijiet dipendenti

1. Fejn il-proċedimenti dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieg bejn l-istess partijiet jinġiebu quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, it-tieni qorti li tkun ħadet il-pussess għandha b'mozzjoni proprja żżomm il-proċedimenti sakemm il-ġurisdizzjoni ta' l-qorti li tkun ħadet il-pussess l-ewwel tigi stabbilita.

2. Fejn il-proċedimenti dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri dwar l-istess minuri u li tinkludi l-istess kawża se jidħru quddiem qrati fi Stati Membri differenti, it-tieni qorti li ħadet il-pussess għandha b'mozzjoni tagħha stess żżomm il-proċedimenti sakemm il-ġurisdizzjoni ta' l-ewwel qorti tiġi stabbilita.

3. Fejn il-ġurisdizzjoni ta' l-ewwel qorti li ħadet il-pussess tiġi stabbilita, it-tieni qorti bil-pussess għandha iċċedi l-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti.

F'dak il-każ, il-parti li tkun ġabet il-kawza relevanti quddiem il-qorti li ħadet il-ta' l-pussess wara, tista' ġġib dik il-kawza quddiem il-qorti li ħadet ita' l-pussess l-ewwel.

Artikolu 20

Il-Miżuri provviżorji, inklużi dawk protettivi

1. F'każijiet urgenti, id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament mhux se jħallu l-qrati ta' Stat Membru milli jieħu dawk il-miżuri provviżorji, inkluzi dawk protettivi fir-rigward ta' persuni jew assi f'dak l-Istat kif huma disponibbli taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru, anke jekk, taħt dan ir-Regolament, il-qorti ta' Stat Membru ieħor għandha l-ġurisdizzjoni nkwantu għas-sustanza ta' l-kwistjoni.

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jibqgħu japplikaw meta l-qorti ta' l-Istat Membru li għandha l-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament nkwantu għas-sustanza ta' l-kwistjoni, ħadet il-miżuri li dehrilha xierqa.

KAPITOLU III

IR-RIKONOXXIMENT U L- INFURZAR

TAQSIMA 1

Ir-Rikonoxximent

Artikolu 21

Ir-Rikonoxximent ta' sentenza

1. Sentenza mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-bżonn ta' ebda proċedura speċjali.

2. Partikolarment, u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 3, l-ebda proċedura speċjali m'għandha tkun meħtieġa għall-aġġornament ta' l-atti uffiċjali ta' l-istat ċivili ta' Stat Membru dwar il-bażi ta' sentenza dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieg mogħti fi Stat Membru ieħor u kontra liema m'hemm l-ebda appell ieħor taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru.

3. Mingħajr preġudizzju għal Taqsima 4 ta' dan il-Kapitolu, kwalsijasi parti nteressata tista', skond il-proċedimenti imsemmija f'Taqsima 2 ta' dan il-Kapitolu, tapplika għal deċizjoni li s-sentenza tiġi jew ma tiġix rikonoxxuta.

Il-ġurisdizzjoni lokali ta' l-qorti li tidħer fil-lista notifikata f'kull Stat Membru lill- Kummissjoni skond l-Artikolu 68 għandha tiġi ddeterminata skond il-liġi nterna ta' l-Istat Membru li fih jinġiebu l-proċedimenti għar-rikonoxximent jew għan-nuqqas ta' rikonoxximent.

4. Fejn ir-rikonoxximent ta' xi sentenza titressaq bħala kwistjoni nċidentali f'qorti ta' xi Stat Membru, dik il-qorti tista' tiddetermina dik il-kwistjoni.

Artikolu 22

Ir-Raġunijiet għan-nuqqas ta' rikonoxximent ta' sentenzi dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ

Sentenza dwar id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieg m'għandhiex tiġi rikonoxxuta:

(a) jekk jidher ċar li l-imsemmi rikonoxximent huwa kuntrarju għall-politika pubblika ta' l-Istat Membru fejn ir-rikonoxximent qiegħed jiġi mitlub;

(b) Fejn ġie mogħti b'kontumaċja, jekk il-konvenut ma ġiex/tx notifikat bid-dokument li stitwixxa l-proċedimenti jew b'dokument ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b'mod li jħallu l-konvenut jirranġaw għad-difiża tagħhom ħlief jekk huwa ddeterminat li l-konvenut aċċetta s-sentenza inekwivokabilment;

(ċ) jekk hija rrekonċiljabbli ma' sentenza mogħtija fi proċedimenti bejn l-istess partijiet fl-Istat Membru li fih qiegħed jiġi mitlub r-rikonoxximent; jew

(d) jekk hija rrekonċiljabbli ma' sentenza mogħtija qabel fi Stat Membru ieħor jew fi Stat li m'huwiex Membru bejn l-istess partijiet, kemm-il darba s-sentenza li ngħatat qabel tissodisfa l-kondizzjonijiet neċessarji għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru fejn huwa mitlub ir-rikonoxximent.

Artikolu 23

Ir-Raġunijiet għan-nuqqas ta' rikonoxximent tas-sentenzi dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri

Sentenza dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri m'għandhiex tiġi rikonoxxuta:

(a) Jekk l-imsemmi rikonoxximent jidħer ċar li huwa kuntrarju għall-politika pubblika ta' l-Istat Membru li fih r-rikonoxximent qiegħed jiġi mitlub wara li jiġu kkunsidrati l-aħjar interessi ta' l-minuri;

(b) Jekk ġie mogħti, ħlief f'każ ta' emerġenza, mingħajr ma l-minuri ingħata l-opportunità biex jinstema, bi ksur ta' l-prinċipji fondamentali ta' l-proċedimenti ta' l-Istat Membru fejn huwa mitlub ir-rikonoxximent;

(ċ) Fejn ġiet mogħtija b'kontumaċja jekk il-kontumaċi ma kienx/itx notifikat bid-dokument li stitwixxa l-proċedimenti jew b'xi document ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b'mod li ħalla dik il-persuna tirranġa għad-difiża tagħha ħlief jekk jiġi ddeterminat li dik il-persuna aċċettat is-sentenza b'mod inekwivokabbli;

(d) dwar it-talba ta'pretensjoni minn kwalsijasi persuna li s-sentenza tikser d-drittijiet tagħhom tar-responsabbilità bħala ġenituri, jekk ġiet mogħtija mingħajr ma' din il-persuna tkun ingħatat l-opportunità li tinstema';

(e) jekk hija rrekonċiljabbli ma' xi sentenza dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri mogħtija aktar tard fi Stat Membru fejn hemm it-talba ta' rikonoxximent;

(f) Jekk hija rrekonċiljabbli ma' sentenza mogħtija aktar tard dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri fi Stat Membru ieħor jew f'xi Stat li m'huwiex Membru tar-residenza abitwali ta' l-minuri kemm-il darba l-aħħar sentenza tkopri l-kondizzjonijiet neċessarji għar-rikonoxximent fl-Istat Membru fejn saret it-talba għar- rikonoxximent;

jew

(g) jekk il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56 ma ġietx imħarsa.

Artikolu 24

Il-Projbizzjoni ta'reviżjoni ta' ġurisdizzjoni fil-qrati ta' l-oriġini

Il-ġurisdizzjoni ta' l-qorti ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini ma tistax tiġi riveduta. Il-prova ta' l-politika pubblika imsemmija fl-Artikoli 22(a) u 23(a) ma tistax ssir fuq ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni imsemmija fl-Artikolu 3 sa 14.

Artikolu 25

Id-Differenzi fil-liġi ta' l-applikabilità

Ir-rikonoxximent ta' xi sentenza ma tistax tiġi rrifjutata minħabba li l-liġi ta' l-Istat Membru fejn huwa mitlub dan ir-rikonoxximent ma jħallie id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieg fuq l-istess provi.

Artikolu 26

In-nuqqas ta' reviżjoni nkwantu għas-sustanza

Taħt l-ebda ċirkustanzi m'għandha sentenza tiġi riveduta nkwantu għas-sustanza tagħha.

Artikolu 27

Il-Waqfien ta' l-proċedimenti

1. Qorti ta' Stat Membru li fih huwa mitlub ir-rikonoxximent ta' sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor tista' twaqqaf il-proċedimenti jekk jiġi ppreżentat appell ordinarju kontra s-sentenzappreżentat.

2. Qorti ta' Stat Membru li fih hija mitluba r-rikonoxximent ta' sentenza mogħtija fl-Irlanda jew fir-Renju Unit tista' twaqqaf il-proċedimenti jekk l-infurzar huwa sospiż fl-Istat Membru ta' l-oriġini permezz ta' appell.

TAQSIMA 2

L-applikazzjoni għall-dikjarazzjoni ta' Infurzabilità

Artikolu 28

Is-Sentenzi ta' l-li jistgħu jiġu nfurzati

1. Sentenza dwar l-eżerċitar tar-responsabbilità ta' l-ġenituri dwar il-minuri mogħtija fi Stat Membru li hija nfurzabbli f'dak l-Istat Membru u li ġiet notifikata għandha tigi nfurzata fi Stat Membru ieħor meta, fuq applikazzjoni ta' kwalsijasi parti nteressata, ġiet iddikjarata nfurzabbli hemmhekk.

2. Madanakollu, fir-Renju Unit, l-imsemmija sentenza għandha tiġi nfurzata fl-Inġilterra u f'Wales, fl-Iskożja u fl-Irlanda ta' Fuq biss meta, fuq applikazzjoni ta' kwalsijasi parti, ġiet rreġistrata għall-infurzar f'dik il-parti tar-Renju Unit.

Artikolu 29

Il-Ġurisdizzjoni ta' l-qrati lokali

1. Applikazzjoni għall-dikjarazzjoni dwar l-infurzabilità għandha tiġi sottomessa lill-qorti li tidher fil-lista notifikata f'kull Stat Membru ta' l-Kummissjoni skond l-Artikolu 68.

2. Il-ġurisdizzjoni lokali għandha tiġi ddeterminata b'referenza għall-post tar-residenza abitwali ta' l-persuna li kontriha huwa mitlub l-infurzar jew b'referenza għar-residenza abitwali ta' l-minuri dwar li għalih tirreferi l-applikazzjoni.

Fejn ma jistgħu jinstabu l-ebda mill-postijiet imsemmija fl-ewwel sotto-paragrafu fl-Istat Membru ta' l-Infurzar, il-ġurisdizzjoni lokali għandha tiġi ddeterminata b'referenza għall-post ta' l-infurzar.

Artikolu 30

Il-Proċedura

1. Il-proċedura biex issir l-applikazzjoni għandha tiġi rregolata mil-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-infurzar.

2. L-applikant għandhom jagħtu ndirizz għan-notifika fiż-żona ta' l-ta' l-ġurisdizzjoni ta' l-qorti fejn saret l-applikazzjoni. Madanakollu, jekk il-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-Infurzar ma tipprovdix għall-produzzjoni ta' l-imsemmi ndirizz, l-applikant jistgħu jaħtru rappreżentant ad litem.

3. Id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 37 sa 39 għandhom jiġu mehmuża ma' l-applikazzjoni.

Artikolu 31

Id-Deċizjoni ta' l-qorti

1. Il-qorti li tkun saritilha l-applikazzjoni għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien. La l-persuna li kontriha qiegħed jiġi mitlub l-infurzar, u lanqas il-minuri m'għandhom, f'dan l-istadju ta' l-proċedimenti, ikunu ntitulati jagħmlu xi sottomissjonijiet dwar l-applikazzjoni.

2. L-applikazzjoni tista' tiġi rifjutata biss għal waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikoli 22,23 u 24.

3. Taħt l-ebda ċirkustanzi m'għandha sentenza titħalla tiġi riveduta nkwantu għas-sustanza tagħha.

Artikolu 32

L-avviż tad-deċiżjoni

L-uffiċjal ta' l-qorti inkarigat ta' l-għandu mingħajr dewmien iġib għall-attenżjoni ta' l-applikant id-deċiżjoni mogħtija dwar l-applikazzjoni skond il-proċedimenti stabbiliti mill-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-infurzar.

Artikolu 33

L-appell kontra d-deċiżjoni

1. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-dikjarazzjoni ta' l-infurzabilità tista' tiġi appellata minn kwalunkwe waħda mill-partijiet.

2. L-appell għandu jiġi ppreżentat fil-qorti li tidher fil-lista notifikata minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 68.

3. L-appell għandu jinstema skond ir-regoli li jirregolaw il-proċedimenti fi kwistjonijiet kontradittorji.

4. Jekk l-appell jiġi ppreżentat mill-applikant għal dikjarazzjoni ta' l-infurzabilità, il-parti li kontriha huwa mitlub l-infurzar għandha tiġi mħarrka sabiex tidħer quddiem il-qorti ta' l-appell. Jekk l-imsemmija persuna tonqos milli tidħer, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 18.

5. Kull appell kontra dikjarazzjoni ta' l-infurzabilità għandu jiġi ppreżentat fi zmien xahar min-notifika tiegħu. Jekk il-parti li kontriha qiegħed jiġi mitlub l-infurzar hija abitwalment residenti fi Stat Membru li mhux dak li fih ingħatat id-dikjarazzjoni ta' l-infurzabilità, iż-żmien għall-appell għandu jkun ta' xaharejn u għandu jibda jiddekorri mid-data tan-notifika, jew fuq ismu jew fuq ir-residenza tiegħu. Ma tista' tingħata ebda estensjoni ta' żmien minħabba d-distanza.

Artikolu 34

Il-Qorti ta' l-appell u l-mezzi ta' kontestazzjoni

Is-sentenza mogħtija fl-appell tista' tiġi kkontestata biss mill-proċedimenti msemmija fil-lista notifikata minn kull Stat Membru lill-Kummissjoni skond l-Artikoli 68.

Artikolu 35

Waqfien tal-proċedimenti

1. Il-qorti li magħha jsir l-appell ppreżentat taħt l-Artikolu 33 jew 34 tista', fuq applikazzjoni ta' l-parti li kontriha qiegħed jiġi mitlub l-infurzar, twaqqaf il-proċedimenti jekk ikun ġie ppreżentat appell ordinarju ppreżentat fl-Istat Membru ta' l-oriġini, jew jekk iż-żmien li fih jista' jsir l-imsemmi appell għadu m'għalaqx. F'dan l-aħħar każ, il-qorti tista' tispeċifika ż-żmien li fih l-appell jista' jiġi ppreżentat.

2. Fejn is-sentenza ngħatat fl-Irlanda jew fir-Renju Unit, kwalsijasi forma ta' appell disponibbli fl-Istat Membru ta' l-oriġini għandu jiġi ttrattat bhala appell ordinarju għar-raġunijiet ta' l-paragrafu 1.

Artikolu 36

L-Infurzar parzjali

1. Fejn sentenza ġiet mogħtija fir-rigward ta' bosta kwistjonijiet u l-infurzar ma jistgħax jiġi awtorizzat għalihom kollha, il-qorti għandha tawtorizza l-infurzar fuq wieħed jew aktar minnhom.

2. L-applikant jista' jitlob l-infurzar parzjali ta' sentenza.

TAQSIMA 3

Id-Disposizzjonijiet komuni għal Taqsima 1 u 2

Artikolu 37

Id-Dokumenti

1. Parti li tkun qedha tfittex jew tikkontesta r-rikonoxximent jew li tkun qeda tapplika għall-dikjarazzjoni ta' l-infurzabilità għandha tipproduċi

(a) kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji biex tistabbilixxi l-awtentiċità tagħha;

u

(b) iċ-certifikat imsemmi fl-Artikolu 39.

2. Barra dan, fil-każ ta' sentenza mogħtija nkontumaċja, l-parti li qedha tfittex ir-rikonoxximent jew l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' l-infurzabilità għandha tipproduċi:

(a) L-oriġinali jew kopja vera ċċertifikata tad-dokument li jistabbilixxi li l-kontumaċi kien ġie notifikat bid-dokument li jistitwixxi l-proċedimenti jew b'xi dokument ekwivalenti;

jew

(b) kwalunkwe dokument li jindika li l-konvenut aċċetta s-sentenza b'mod inekwivokabbli.

Artikolu 38

In-nuqqas ta' dokumenti

1. Jekk id-dokumenti imsemmija fl-Artikoli 37(1)(b) jew (2) ma jiġux ippreżentati, il-qorti tista' tispeċifika żmien għall-produzzjoni tagħhom, taċċetta dokumenti ekwivalenti jew, jekk tikkunsidra li għandha biżżejjed informazzjoni quddiemha, tgħaddi mingħajr il-preżentazzjoni tagħhom.

2. Jekk il-qorti hekk tirrekjedi, għandha tiġi ppreżentata traduzzjoni ta' l-imsemmija dokumenti. It-traduzzjoni għandha tiġi ċċertifikata minn persuna kkwalifikata biex tagħmel dan f'wieħed mill-Istati Membri.

Artikolu 39

Iċ-ċertifikati dwar sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u ċ-ċertifikati dwar sentenzi dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri

Il-qorti kompetenti jew l-awtorità ta' Stat Membru ta' l-oriġini għandha, fuq talba minn kwalsijasi parti nteressata, toħroġ ċertifikat billi tuża l-forma standard kif stabbilita fl-Anness I (sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali) jew fl-Anness II (sentenzi dwar ir-responsabbilità ta' l-ġenituri).

TAQSIMA 4

L-infurzabilità ta' ċerti sentenzi dwar id-drittijiet ta' l-aċċess u ċerti sentenzi li jeħtieġu r-ritorn ta' l-minuri

Artikolu 40

L-Iskop

1. Din it-taqsima għandha tapplika għal:

(a) drittijiet ta' aċċess;

u

(b) ir-ritorn ta' l-minuri bħala konsegwenza ta' sentenza mogħtija skond l-Artikolu 11(8).

2. Id-disposizzjonijiet ta' din it-Taqsima m'għandhomx iċaħħdu lil min għandu r-responsabbilità ta' l-ġenituri milli jfittex ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenza skond id-disposizzjonijiet fit-Taqsima 1 u 2 ta' dan il-Kapitolu.

Artikolu 41

Id-drittijiet ta' aċċess

1. Id-drittijiet ta' aċċess imsemmija fl-Artikolu 40(1)(a) mogħtija f'sentenza nfurzabbli li tkun ingħatat fi Stat Membru għandhom jiġu rikonoxxuti u jkunu nfurzabbli fi Stat Membru ieħor mingħajr il-bżonn ta' dikjarazzjoni ta' l-infurzabilità u mingħajr ebda possibilità li ssir opposizzjoni għar-rikonoxximent tagħhom jekk is-sentenza tkun ġiet iċcertifikata fl-Istat Membru ta' l-oriġini skond il-paragrafu 2.

Anke jekk il-liġi nazzjonali ma tipprovdix għall-infurzabilità bl-operat ta' l-liġi ta' sentenza li tikkonċedi d-drittijiet ta' aċċess, il-qorti ta' l-oriġini tista' tiddikjara li s-sentenza għandha tiġi nfurzata, minkejja li jkun sar appell.

2. L-imħallef ta' l-oriġini għandu joħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 billi juża l-forma standard li tinstab fl-Anness III (ċertifikat dwar id-drittijiet ta' aċċess) biss jekk:

(a) Fejn is-sentenza ingħatat f'kontumaċja, il-kontumaċi ġie notifikat bid-dokument li stitwixxa l-proċedimenti jew b'xi document ekwivalenti fi żmien suffiċjenti u b'mod li ħalla lil dik il-persuna tħejji d-difiża tagħha, jew, il-persuna ġiet notifikata bid-dokument iżda mhux f'konformità ma' dawn il-kondizzjonijiet, ġie madankollu stabbilit li hu jew hija aċċettaw b'mod inekwivokabbli din id-deċiżjoni;

(b) il-partijiet kollha konċernati ġew mogħtija l-opportunità li jinstemgħu;

u

(ċ) il-minuri ġie mogħti l-opportunità li jinstema, ħlief jekk seduta ġiet ikkunsidrata bħala li mhix xierqa fir-riġward ta' l-età jew il-livell ta' maturità tiegħu jew tagħha.

Iċ-ċertifikat għandu jiġi ffinalizzat fl-ilsien tas-sentenza.

3. Fejn id-drittijiet ta' aċċess jinkludu sitwazzjoni ta' qsim ta' fruntiera bejn pajjiż u ieħor fi żmien ta' l-għoti tas-sentenza, iċċertifikat għandu jinħareġ ex ufficju meta s-sentenza ssir infurzabbli, anke jekk b'mod provviżorju biss. Jekk is-sitwazzjoni sussegwentement ssir ta' natura ta' qsim ta' fruntieri bejn il-pajjiżi, iċ-ċertifikat għandu jinħareġ fuq talba ta' wieħed mill-partijiet.

Artikolu 42

Ir-ritorn ta' l-minuri

1. Ir-ritorn ta' l-minuri imsemmija fl-Artikolu 40(1)(b) bħala konsegwenza ta' sentenza ta' l-infurzar mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta u nfurzabbli fi Stat Membru ieħor mingħajr il-bżonn ta' dikjarazzjoni ta' l-infurzabilità u mingħajr ebda possibilità li topponi r-rikonoxximent tagħha jekk is-sentenza ġiet iċċertifikata fl-Istat Membru ta' l-oriġini skond il-paragrafu 2.

Anke jekk il-liġi nazzjonali ma tipprovdiex għall-infurzabilità b'operat ta' l-liġi, minkejja kwalunkwe appell, ta' xi sentenza li teħtieġ ir-ritorn ta' l-minuri imsemmija fl-Artikolu 11(b)(8), il-qorti ta' l-oriġini tista' tiddikjara s-sentenza bħala nfurzabbli.

2. L-Imħallef ta' l-oriġini li qata' s-sentenza msemmija fl-Artikolu 40(1)(b) għandu joħroġ iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 biss jekk:

(a) il-minuri ingħata l-opportunità li jinstema, ħlief jekk seduta ġiet ikkunsidrata li mhix xierqa wara li ġew ikkunsidrati l-età jew livell ta' maturità tiegħu;

(b) il-partijiet ġew mogħtija opportunità li jinstemgħu; u

(ċ) il-qorti kkunsidrat waqt li kienet qed taqta' s-sentenza r-raġunijiet għal u x-xhieda wara ta' l-ordni maħruġa skond l-Artikolu 13 ta' l-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1980.

Fil-każ li l-qorti jew kwalsijasi awtorità oħra tadotta miżuri biex tassigura l-protezzjoni ta' l-minuri wara r-ritorn tagħhom fl-Istat abitwali tar-residenza, iċ-certifikat għandu jinkludi fih id-dettalji dwar l-imsemmija miżuri.

L-Imħallef ta' l-oriġini għandu fuq mozzjoni tiegħu jew tagħha stess joħrog dak iċ-ċertifikat billi juża l-forma standard li tinstab fl-Anness IV (iċ-ċertifikat dwar ir-ritorn ta' l-minuri).

Iċ-ċertifikat għandu jiġi finalizzat fl-ilsien tas-sentenza.

Artikolu 43

Il-Korrezzjoni taċ-ċertifikat

1. Il-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini għandha ssir applikabbli għal kull korrezzjoni fiċ-ċertifikat.

2. M'għandu jkun hemm l-ebda appell kontra l-ħrug taċ-ċertifikat skond l-Artikoli 41(1) or 42(1).

Artikolu 44

L-Effetti taċ-ċertifikat

Iċ-ċertifikat għandu jkollu effett biss fil-limiti ta' l-infurzabilità tas-sentenza.

Artikolu 45

Id-Dokumenti

1. Parti li qegħda titlob l-infurzar ta' sentenza għandha tipproduċi:

(a) kopja tas-sentenza li tissodisfa l-kondizzjonijiet neċessarji biex tistabilixxi l-awtentiċità tagħha;

u

(b) iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 41(1) jew fl-Artikolu 42(1).

2. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu,

- iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 41(1) għandu jiġi kkumpanjat bi traduzzjoni ta' l-punt 12 dwar l-arranġamenti għall-eserċitar tad-drittijiet ta' l-aċċess,

- iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 42(1) għandu jiġi kkumpanjat minn traduzzjoni ta' l-punt 14 tiegħu dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta' l-miżuri meħuda biex jassiguraw ir-ritorn ta' l-minuri.

It-traduzzjoni għandha tkun fl-ilsien uffiċjali jew wieħed mill-ilsna uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' l-infurzar jew f'xi lingwa oħra li l-Istat Membru ta' l-infurzar jaċċetta espressament. It-traduzzjoni għandha tiġi iċċertifikata minn persuna kkwalifikata biex tagħmel dan f'wieħed mill-Istati Membri.

TAQSIMA 5

L-istrumenti u l-fteħim awtentiċi

Artikolu 46

Id-dokumenti li jkunu ġew formalment magħmula jew irreġistrati bħala strumenti awtentiċi u li jkunu nfurzabbli fi Stat Membru wieħed u kif ukoll il-ftehim bejn il-partijiet li huma nfurzabbli fl-Istat Membru fejn ġew konkluzi għandhom jiġu rikonoxxuti u ddikjarati li huma nfurzabbli taħt l-istess kondizzjonijiet tas-sentenzi.

TAQSIMA 6

Disposizzjonijiet oħra

Artikolu 47

Il-Proċedura ta' l-Infurzar

1. Il-proċedura ta' l-infurzar hija rregolata mil-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-infurzar.

2. Kwalsijasi sentenza maqtugħa minn qorti ta' Stat Membru ieħor u ddikjarata li hija nfurzabbli skond it-Taqsima 2 jew li ġiet iċċertifikata skond l-Artikolu 41(1) jew l-Artikolu 42(1) għandha tiġi nfurzata fl-Istat Membru ta' l-infurzar bl-istess kondizzjonijiet daqs li kieku ġiet maqtugħa f'dak l-Istat Membru.

Partikolarment, sentenza li tkun ġiet iċċertifikata skond l-Artikolu 41(1) jew l-Artikolu 42(1) ma tistax tiġi nfurzata jekk ma tkunx konċiljabbli ma xi sentenza ta' l-infurzar sussegwenti.

Artikolu 48

L-Arranġamenti prattiċi għall-eżerċitar tad-drittijiet ta' l-aċċess

1. Il-qrati ta' l-Istati Membri ta' l-infurzar jistgħu jagħmlu arranġamenti prattiċi għall-organiżazzjoni ta' l-eżerċitar tad-drittijiet ta' l-aċċess, jekk l-arranġamenti neċessarji m'humiex jew ma sarux b'mod suffiċjenti fis-sentenza maqtugħa mill-qrati ta' l-Istat Membru li għandu l-ġurisdizzjoni dwar is-sustanza tal-kwistjoni u dement li l-elementi essenzjali ta' din is-sentenza jiġu rispettati.

2. L-arranġamenti prattiċi magħmula skond il-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw skond sentenza mogħtija aktar tard mill-qrati ta' l-Istat Membru li għandu l-ġurisdizzjoni nkwantu għas-sustanza tal-kwistjoni.

Artikolu 49

L-ispejjeż

Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, bl-eċċezzjoni tat-Taqsima 4, għandhom japplikaw ukoll għall-kalkolu ta' l-ammont ta' spejjeż u infiq tal-proċedimenti taħt dan ir-Regolament u l-infurzar ta' kwalsijasi ordni ta' dwar l-imsemmija spejjeż u spejjeż.

Artikolu 50

L-għajnuna legali

L-Applikant li fl-Istat Membru ta' l-oriġini, kien ibbenefika minn għajnuna legali kompluta jew parzjali jew minn eżenzjoni mill-ispejjeż u infiq għandu jkun intitulat, fil-proċedimenti stabbiliti fl-Artikoli 21, 28, 41 u 48 biex jibbenefika mill-għajnuna legali li tkun l-aktar favorevoli jew mill-eżenzjoni l-aktar estensiva mill-ispejjeż u infiq stabbiliti mil-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-Infurzar.

Artikolu 51

Titoli ta' Sigurtà, garanzija jew depożitu

Ebda titolu ta' sigurtà, garanzija jew depożitu, irrilevanti l-mod kif deskritti, m'għandhom ikunu meħtieġa minn xi parti li fi Stat Membru wieħed japplika għall-infurzar ta' sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor dwar ir-raġunijiet seġwenti:

(a) li hu jew hija m'humiex abitwalment residenti fl-Istat Membru fejn huwa mitlub l-infurzar; jew

(b) li hu jew hija huma jew ċittadini barranin jew, fejn l-infurzar huwa mitlub fir-Renju Unit jew fl-Irlanda, m'għandux jew m'għandhiex id-"domiċilju" fl-ebda wieħed minn dwak l-Istati Membri.

Artikolu 52

Il-Legislazzjoni jew formalità oħra simili

Ebda legislazzjoni jew formalità simili oħra m'għandhom ikunu neċessarji fir-rigward ta' dokumenti imsemmija fl-Artikoli 37, 38 u 45 jew fir-rigward ta' dokument li jinnomina rappresentant ad litem.

KAPITOLU IV

IL-KOPERAZZJONI BEJN AWTORITAJIET CENTRALI F'KWISTJONIJIET TAR-RESPONSABILTÁ TA' L-GENITURI

Artikolu 53

Id-Denominazzjoni

Kull Stat Membru għandu jiddenomina wieħed jew aktar mill-awtoritajiet ċentrali biex jassistu bl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandu jispeċifika l-ġurisdizzjoni ġeografika jew funżjonali ta' kull wieħed. Fejn Stat Membru ddenomina aktar minn awtorità ċentrali waħda, il-komunikazzjonijiet għandhom normalment jiġu mibgħuta direttament lill-awtorità ċentrali rilevanti li għandha l-ġurisdizzjoni. Fejn il-komunikazzjoni tiġi mibgħuta lill-awtorità ċentrali mingħajr ġurisdizzjoni, din ta' l-aħħar għandha tkun responsabbli biex tibgħata lill-awtorità ċentrali bil-ġurisdizzjoni u li tinforma lil min bagħtaha skond dan.

Artikolu 54

Il-Funżjonijiet Generali

L-awtoritajiet ċentrali għandhom jikkommunikaw l-informazzjoni dwar il-proċedimenti u l-liġijiet nazzjonali u għandhom jieħdu miżuri biex itejjbu l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jsaħħu l-koperazzjoni bejniethom. Għal din ir-raġuni in-Network Ġudizzjarji Ewropea fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali kkreati mid-Deċiżjoni Nru 2001/470/KE għandhom jintużaw.

Artikolu 55

Koperazzjoni dwar każijiet speċifiċi dwar ir-responsabbilità tal-ġenituri

L-awtoritajiet ċentrali għandhom, fuq talba minn awtorità ċentrali ta' Stat Membru ieħor jew minn min għandu r-responsabbilità tal-ġenituri, jikkoperaw dwar il-każijiet speċifiċi biex jakkwistaw l-iskopijiet ta' dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, għandhom, jaġixxu direttament jew permezz ta' l-awtoritajiet pubbliċi jew ta' korpi oħra, jieħdu l-passi neċessarji kollha skond il-liġi ta' dak l-Istat Membru fi kwistjonijiet tal-protezzjoni personali tad- data biex:

(a) jiġbru u jaqsmu l-informazzjoni:

(i) dwar is-sitwazzjoni tal-minuri;

(ii) dwar kwalsijasi proċedimenti li jkunu għaddejjin; jew

(iii) dwar id-deċiżjonijiet meħuda li jikkonċernaw lill-minuri;

(b) jipprovdu nformazzjoni u għajnuna lil min għandu r-responsabbilità tal-ġenituri li qegħdin jitolbu r-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet fit-territorju tagħhom, u partikolarment dwar id-drittijiet ta' aċċess u r-ritorn tal-minuri;

(ċ) jiffaċilitaw il-komunikazzjonijiet bejn il-qrati, u partikolarment għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 11(6) and (7) u l-Artikolu 15;

(d) jipprovdu l-imsemmija nformazzjoni u jagħtu l-għajnuna skond kif hemm bżonn mill-qrati biex japplikaw l-Artikolu 56; u

(e) jiffaċilitaw il-ftehim bejn min għandu r-responsabbilità tal-ġenituri permezz ta' medjazzjoni jew mezzi oħra, u jiffaċilitaw il-koperazzjoni bejn il-fruntieri tal-pajjiżi għal dan il-għan.

Artikolu 56

It-tqegħid tal-minuri fi Stat Membru ieħor

1. Fejn qorti li għandha l-ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 8 sa 15 tikkontempla t-tqegħid tal-minuri f'istitut jew ma' familja tar-rispett u fejn l-imsemmi tqegħid għandu jseħħ fi Stat Membru ieħor, l-ewwel għandha tikkonsulta l-awtorità ċentrali jew xi awtorità ohra li għandha l-ġurisdizzjoni f'dak l-aħħar Stat fejn huwa meħtieġ l-intervent tal-awtorità pubblika f'dak l-Istat Membru għal każijiet domestiċi tat-tqegħid tal-minuri.

2. Is-sentenza dwar it-tqegħid imsemmija fil-paragrafu 1 tista' ssir fl-Istat fejn hemm it-talba biss jekk l-awtorità kompetenti ta' l-Istat mitlub tkun tagħat il-kunsens tagħha għal dan it-tqegħid.

3. Il-proċedimenti għall-konsultazzjoni jew għall-kunsens imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu rregolati mil-liġi nazzjonali ta' l-Istat mitlub.

4. Fejn l-awtorità li għandha l-ġurisdizzjoni taħt l-Artikoli 8 sa 15 tiddeċiedi biex tqiegħed il-minuri ma' familja tar-rispett, u fejn dan it-tqegħid għandu jseħħ fi Stat Membru ieħor u fejn m'huwa meħtieġ l-ebda ntervent ta' xi awtorità pubblika f'dan l-aħħar Stat għall-każijiet domestiċi għat-tqegħid tal-minuri, hija għandha tinforma b'dan lill-awtorità ċentrali jew lill-awtorità oħra li għandha l-ġurisdizzjoni f'dan l-aħħar Stat.

Artikolu 57

Is-Sistema ta' kif isir ix-xogħol

1. Kull min għandu r-responsabbilità tal- ġenituri jista' jissottometti, lill-awtorità ċentrali ta' l-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu jew tagħha, talba għall-għajnuna kif imsemmija fl-Artikolu 55. Ġeneralment, it-talba għandha tinkludi kull informazzjoni disponibbli li tkun rilevanti għall-infurzar tagħha. Fejn it-talba għall-għajnuna tkun dwar ir-rikonoxximent jew l-infurzar ta' sentenza dwar ir-responsabbilità tal-ġenituri li jaqaw taħt il-kompetenza ta' dan ir-Regolament, min għandu r-responsabbilità tal- ġenituri għandu jehmeż iċ-ċertifikati relevanti msemmija fl-Artikoli 39, 41(1) or 42(1).

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni fl-ilsien uffiċjali jew fl-ilsna ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità barra dak li huwa tagħhom u li fihom jistgħu jiġu aċċettati il-komunikazzjonijiet ma' l-awtoritajiet ċentrali.

3. L-għajnuna provduta mill-awtoritajiet ċentrali skond l-Artikolu 55 għandha tkun mingħajr ħlas.

4. Kull awtorità ċentrali għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Artikolu 58

Is-Seduti

1. Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet ċentrali għandhom jiltaqgħu regolarment.

2. Dawn is-seduti għandhom jiġu msejjħa skond id-Deċiżjoni Nru 2001/470/KE li tistabbilixxi n-Network Ġudizjali Ewropea fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

KAPITOLU V

IR-RELAZZJONIJIET MA' STRUMENTI OHRA

Artikolu 59

Ir-Relazzjoni ma' strumenti oħra

1. Bla ħsara għad-disposizzjonijet ta' l-Artikoli 60,63,64 u paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, dan ir-Regolament għandu, għall-Istati Membri, iwarrab il-konvenzjonijiet eżistenti waqt iż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament li kienu ġew konklużi bejn żewġ Stati Membri jew aktar u jirrigwardaw kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament.

2. (a) Il-Finlandja u l-Isvezja għandu jkollhom l-għażla li jiddikjaraw li l-Konvenzjoni tas-6 ta' Frar 1931 bejn id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Isvezja li tinkludi d-disposizzjonijiet tal-liġi nternazzjonali privata dwar iz-żwieg, l-adozzjoni u t-tutela, flimkien mal-Protokoll Finali tiegħu, għandhom japplikaw, fl-intier jew f'parti biss, fir-relazzjonijiet reċiproki, minflok ir-regoli ta' dan ir-Regolament. L-imsemmija dikjarazzjonijiet għandhom jiġu annessi ma' dan ir-Regolament u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Jistgħu jiġu rtirati, fl-intier jew f'parti, f'kwalsijasi ħin mill-imsemmija Stati Membri.

(b) Il-prinċipju li ma jkunx hemm diskriminazzjoni dwar ir-raġunijiet ta' nazzjonalità bejn iċ-ċittadini ta' l-Unjoni għandu jiġi rispettat.

(ċ) Ir-regoli ta' ġurisdizzjoni fi kwalsijasi ftehim fil-futur li jrid jiġi konkluż bejn l-Istati Membri msemmija fis-sottoparagrafu (a) li jirrigwardaw il-kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(d) Is-sentenzi maqtugħa f'xi wieħed mill-Istati Nordiċi li ġia' għamlu d-dikjarazzjoni imsemmija fis-sottoparagrafu (a) taħt forum ta' ġurisdizzjoni li tikkorrispondi għal waħda minn dawk stabbiliti fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu rikonoxxuti u nfurzati fl-Istati Membri l-oħra taħt ir-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament.

3. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni:

(a) kopja tal-fteħim u tal-liġijiet uniformi li jimplimentaw dawn il-ftehim imsemmija fil-paragrafu 2(a) u (ċ);

(b) kull denunzja ta', jew emendi ta', dawk il-ftehim jew tal-liġijiet uniformi.

Artikolu 60

Ir-Relazzjonijiet ma' ċerti konvenzjonijiet multilaterali

Fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jieħu preċedenza fuq il-konvenzjonijiet li ġejjin dement li jkunu jikkonċernaw kwistjonijiet li huma rregolati minn dan ir-Regolament:

(a) Il-Konvenzjoni ta' l-Aja tal-5 ta' Ottubru ta' l-1961 dwar il-Poteri ta' l-Awtoritajiet u l-Liġi Applikabbli fir-rigward tal-Protezzjoni tal-Minuri;

(b) Il-Konvenzjoni tal-Lussemburgu tat-8 ta' Settembru ta' l-1967 dwar ir-Rikonoxximent tad-Deċiżjonijiet Dwar il-Validità taż-Żwiġijiet;

(ċ) il-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1 ta' Ġunju ta' l-1970 dwar ir-Rikonoxximent tad-Divorzji u tas-Separazzjonijiet Legali;

(d) il-Konvenzjoni Ewropea ta' l-20 ta' Mejju ta' l-1980 dwar ir-Rikonoxximent u l-Infurzar tad-Deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-Kustodja tal-Minuri u ir-ritorn tal-Kustodja tal-Minuri;

u

(e) il-Konvenzjoni ta' l-Aja tal-25 ta' Ottubru ta' l-1980 dwar l-Aspetti Ċivili Internazzjonali tal- Htif tal-Minuri.

Artikolu 61

Ir-Relazzjonijiet mal-Konvenzjoni ta' l-Aja tad-19 ta' Ottubru ta' l-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Koperazzjoni fir-Rigward tar- Responsabbilità tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tal-Minuri

Dwar ir-relazzjoni mal-Konvenzjoni ta' l-Aja tad-19 ta' Ottubru ta' l-1996 dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Koperazzjoni fir-Rigward tar- Responsabbilità tal-Ġenituri u l-Miżuri għall-Protezzjoni tal-Minuri, dan ir-Regolament għandu japplika:

(a) fejn il-minuri konċernat għandu/għandha r-residenza abitwali tiegħu/tagħha fit-territorju ta' xi Stat Membru;

(b) dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenza maqtugħa f'qorti ta' Stat Membru fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, anki jekk il-minuri kkonċernat għandu r-residenza abitwali tiegħu/tagħha fit-territorju ta' Stat terz li huwa Parti kontrattanti għall-imsemmija Konvenzjoni.

Artikolu 62

L-Iskop ta' l-effetti

1. Il-ftehim u l-konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 59(1), 60 u 61 għandhom ikomplu jkunu effettivi fir-rigward ta' kwistjonijiet li m'humiex irregolati minn dan ir-Regolament.

2. Il-Konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 60, u partikolarment il-Konvenzjoni ta' l-Aja ta' l-1980, ikomplu jipproduċu l-effetti bejn l-Istati Membri li huma parti fihom, skond l-Artikolu 60.

Artikolu 63

It-Trattati mas-Santa Sede

1. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għat-Trattat (Konkordat) Internazzjonali bejn is-Santa Sede u l-Portugall, iffirmat fil-Belt tal-Vatikan fis-7 ta' Mejju ta' l-1940.

2. Kull deċiżjoni dwar l-invalidità taż-żwieg taħt dan it-Trattat imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III, Taqsima 1.

3. Id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll għat-Tratti (Konkordati) Internazzjoni mas-Santa Sede li ġejjin:

(a) "Concordato lateranense" tal-11 ta' Frar ta' l-1929 bejn l-Italja u s-Santa Sede, immodifikat bil-ftehim, permezz ta' Protokoll addizzjonali ffirmat f'Ruma fit-18 ta' Frar ta' l-1984;

(b) Ftehim bejn is-Santa Sede u Spanja dwar il-kwistjonijiet legali tat-3 ta' Jannar ta' l-1979.

4. Ir-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu, fl-Italja jew Spanja, ikunu soġġetti għall-istess proċedimenti u l-istess kontrolli kif huma applikabbli għad-deċiżjonijiet tal-qrati ekkleżjastiċi mogħtija skond it-trattati nternazzjoni konkluzi mas-Santa Sede imsemmija fil-paragrafu 3.

5. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni:

(a) kopja tat-Trattati msemmija fil-paragrafi 1 u 3;

(b) kull denunzja ta', jew emendi għal dawk it-Trattati.

KAPITOLU VI

ID-DISPOSIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

Artikolu 64

1. Id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għall- proċedimenti ġudizzjarji stitwiti, għad-dokumenti li ġew formalment miktuba jew irreġistrati bħala strumenti awtentiċi u għall-kuntratti konklużi bejn il-partijiet wara d-data ta' l-applikazzjoni tagħha skond l-Artikolu 72.

2. Sentenzi mogħtija wara d-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fiproċedimenti stitwiti qabel id-data iżda wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru. 1347/2000 għandhom jiġu rikonoxxuti u nfurzati skond id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament jekk il-ġurisdizzjoni kienet ibbażata fuq regoli li qablu ma' dawk provduti fil- Kapitolu II jew fir-Regolament (KE) Nru 1347/2000 jew inkella f'konvenzjoni konkluża bejn l-Istat Membru ta' l-oriġini u l-Istat Membru ndirizzat li kien fis-seħħ meta l-proċedimenti ġew istitwiti.

3. Is-sentenzi mogħtija qabel dik id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-proċedimenti stitwiti wara d-dħul tas-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandhom jiġu rikonoxxuti u nfurzati skond id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament kemm-il darba dawn jirrigwardaw id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieg jew ir-responsabbilità tal-ġenituri għall-minuri konjugi t-tnejn fl-okkażjoni ta' dawn il-proċedimenti matrimonjali.

4. Is-sentenzi mogħtija qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament imma wara d-data tad-dħul tas-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000 fil-proċedimenti stitwiti qabel id-data tad-dħul tas-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandhom jiġu rikonoxxuti u nfurzati skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament kemm-il darba dawn jirrigwardaw id-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieg jew ir-responsabbilità tal-ġenituri għall-minuri taż-żewġ konjuġi fl-okkażjoni ta' dawn il-proċedimenti matrimonjali u dik il-ġurisdizzjoni kienet ibbażata dwar regoli li jaqblu ma' dawk imsemmija jew fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament jew fil-Regolament (KE) Nru 1347/2000 jew inkella f'konvenzjoni konkluża bejn l-Istat Membru ta' l-oriġini u l-Istat Membru ndirizzat li kienet fis-seħħ meta l-proċedimenti ġew istitwiti.

KAPITOLU VII

ID-DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 65

Ir-Reviżjoni

Sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar ta' l-2012, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni fornita mill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jiġi kkumpanjat jekk hemm bżonn bil-proposti ta' l-adattamenti.

Artikolu 66

L-Istati Membri li għandhom zewg sistemi legali jew aktar

Rigward Stat Membru f'liema tnejn jew aktar sistemi ta' l-liġi jew sett ta' regoli konċernati kwistjonijiet regolati minn dan ir-Regolament japplikaw f'unitajiet territorjali differenti:

(a) kull referenza għar-residenza abitwali f'dak l-Istat Membru għandha tirreferi għar-residenza abitwali ġewwa unità territorjali;

(b) kull referenza għan-nazzjonalità, jew fil-każ tar-Renju Unit "domiċilju", għandha tirreferi għall-unità territorjali nominata mil-liġi ta' dak l-Istat;

(ċ) kull referenza għall-awtorità ta' Stat Membru għandha tirreferi għall-awtorità ta' unità territorjali f'dak l-Istat li huwa kkonċernat;

(d) kull referenza għar-regoli ta' l-Istat Membru mitlub għandha tirreferi għar-regoli ta' l-unità territorjali li fiha l-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar huwa nvokat.

Artikolu 67

Informazzjoni dwar l-awtoritajiet ċentrali u l-ilsna aċċettati

L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw mal-Kummissjoni fi żmien tlett xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament:

(a) l-ismijiet, l-indirizzi u l-mezzi ta' komunikazzjoni għall-awtoritajiet ċentrali nominati skond l-Artikolu 53;

(b) l-ilsna aċċettati għall-komunikazzjonijiet ma' l-awtoritajiet ċentrali skond l-Artikolu 57(2);

u

(ċ) l-ilsna aċċettati għaċ-certifikat dwar id-drittijiet ta' aċċess skond l-Artikolu 45(2).

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'kull tibdil f'din l-informazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-disposizzjoni tal-pubbliku.

Artikolu 68

Informazzjoni dwar il-qrati u l-proċedimenti għad-danni

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-lista ta' qrati u l-proċedimenti għad-danni imsemmija fl-Artikoli 21, 29, 33 and 34 u kull emendi għalihom.

Il-Kummissjoni għandha taġġorna din l-informazzjoni u għandha tpoġġiha għad-disposizzjoni tal-pubbliku permezz tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u kull mod ieħor xieraq.

Artikolu 69

L-emendi lill-annessi

Kwalsijasi emendi għall-forom standard fl-Annessi I sa IV għandhom jiġu adottati skond il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 70(2).

Artikolu 70

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn kumitat (kumitat).

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KEFA.

3. Il-kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura.

Artikolu 71

It-Tħassir tar-Regolament (KE) No 1347/2000

1. Ir-Regolament (KE) No 1347/2000 għandu jiġi mħassar sa mid-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2. Kull referenza għar-Regolament (KE) Nru 1347/2000 għandu jiġi nterpretat bħala referenza għal dan ir-Regolament skond it-tabella komparattiva fl-Anness V.

Artikolu 72

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 t'Awissu ta' l-2004.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Marzu ta' l-2005, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 67,68, 69 u 70, li għandhom japplikaw mill-1 ta' Awissu ta' l-2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri bi qbil mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussel, is-27 ta' Novembru ta' l-2003.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Castelli

[1] (ĠU C 203 E, tas-27.8.2002, p. 155).

[2] (Opinjoni mogħtija fl-20 ta' Settembru 2002 (għad mħiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)).

[3] (ĠU C 61, ta' l-14.3.2003, p. 76).

[4] (ĠU L 160, tat-30.6.2000, p. 19).

[5] (Waqt iż-żmien tal-ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) 1347/2000 il-Kunsill ħa nota tar-rapport spjegatorju konċernanti dik il-Konvenzjoni ppreparat minn Professur Alegria Borras (ĠU C 221, tas-16.7.1998, p. 27)).

[6] (ĠU C 234, tal-15.8.2000, p. 7).

[7] (ĠU L 12, tas-16.1.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendata mil Regolament tal-ta' l-Kummissjoni (KE) No 1496/2002 (ĠU L 225, tat-22.8.2002, p. 13)).

[8] (ĠU L 160, tat-30.6.2000, p. 37).

[9] (ĠU L 174, tas-27.6.2001, p. 1).

[10] (ĠU L 174, tas-27.6.2001, p. 25).

[11] (ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23).

--------------------------------------------------

ANNESS I

ĊERTIFIKAT IMSEMMI FL-ARTIKOLU 39 LI JIKKONĊERNA SENTENZI FI KWISTJONIJIET MATRIMONJALI [1]

1. Stat Membru ta' oriġini

2. Qorti jew awtorità li toħroġ iċ-ċertifikat

2.1. Isem

2.2. Indirizz

2.3. Tel./fax/e-mail

3. Żwieġ

3.1. Mara

3.1.1. Isem sħiħ

3.1.2. Indirizz

3.1.3. Pajjiż u post ta' twelid

3.1.4. Data tat-twelid

3.2. Raġel

3.2.1. Isem sħiħ

3.2.2. Indirizz

3.2.3. Pajjiż u post ta' twelid

3.2.4. Data tat-twelid

3.3. Pajjiż, post (meta disponibbli) u data ta' żwieġ

3.3.1. Pajjiż taż-żwieġ

3.3.2. Post taż-żwieġ (meta disponibbli)

3.3.3. Data taż-żwieġ

4. Il-Qorti li tat is-sentenza

4.1. L-Isem tal-Qorti

4.2. Il-Post tal-Qorti

5. Is-Sentenza

5.1. Id-Data

5.2. In-Numru ta' referenza

5.3. It-Tip ta' sentenza

5.3.1. Divorzju

5.3.2. Annullament taż-żwieġ

5.3.3. Separazzjoni legali

5.4. Is-Sentenza ingħatat għal nuqqas ta' preżenza?

5.4.1. Le

5.4.2. Iva [2]

6. Ismijiet tal-partijiet li lilhom ingħatat għajnuna legali

7. Is-Sentenza hija soġġetta għal appell ulterjuri skond il-liġi ta' l-Istat Membru ta' oriġini?

7.1. Le

7.2. Iva

8. Data ta' l-effett legali fl-Istat Membru fejn ingħatat is-sentenza

8.1. Divorzju

8.2. Separazzjoni legali

Magħmul f' …, data…

Firma u/jew timbru

[1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 li jikkonċerna ġurisdizzjoni u rikonoxximent u applikazzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà ta' ġenituri, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000.

[2] Dokumenti msemmija fl-Artikolu 37(2) għandhom jiġu annessi.

--------------------------------------------------

ANNESS II

ĊERTIFIKAT IMSEMMI FL-ARTIKOLU 39 LI JIKKONĊERNA SENTENZI DWAR RESPONSABBILTÀ TAL-ĠENITURI [1]

1. L-Istat Membru ta' oriġini

2. Il-Qorti jew l-awtorità li joħorġu ċ-ċertifikat

2.1. L-Isem

2.2. L-Indirizz

2.3. Tel./Fax/e-mail

3. Persuna(i) bi drittijiet ta' aċċess

3.1. Isem sħiħ

3.2. Indirizz

3.3. Id-Data u l-post ta' twelid (meta disponibbli)

4. Titolari ta' responsabbiltà tal-ġenituri ta' xort'oħra minn dawk imsemmija taħt 3 [2]

4.1. 4.1.1. Isem sħiħ

4.1.2. Indirizz

4.1.3. Data u post ta' twelid (meta disponibbli)

4.2. 4.2.1. Isem sħiħ

4.2.2. Indirizz

4.2.3. Data u post tat-twelid (meta disponibbli)

4.3. 4.3.1. Isem sħiħ

4.3.2. Indirizz

4.3.3. Data u post ta' twelid (meta disponibbli)

5. Il-Qorti li tat is-sentenza

5.1. Isem tal-Qorti

5.2. Il-Post tal-Qorti

6. Is-Sentenza

6.1. Data

6.2. Numru ta' referenza

6.3. Is-Sentenza ingħatat fin-nuqqas ta' preżenza?

6.3.1. Le

6.3.2. Iva [3]

7. Tfal li huma koperti mis-sentenza [4]

7.1. Isem sħiħ u data ta' twelid

7.2. Isem sħiħ u data ta' twelid

7.3. Isem sħiħ u data ta' twelid

7.4. Isem sħiħ u data ta' twelid

8. Ismijiet tal-partijiet li lilhom ingħatat għajnuna legali

9. Attestazzjoni ta' applikabilità u servizz

9.1. Is-Sentenza hija applikabbli skond il-liġi ta' l-Istat Membru ta' oriġini?

9.1.1. Iva

9.1.2. Le

9.2. Is-Sentenza ingħatat lill-parti li kontriha hemm rikors?

9.2.1. Iva

9.2.1.1. L-Isem sħiħ tal-parti

9.2.1.2. L-Indirizz

9.2.1.3. Id-Data ta' servizz

9.2.2. Le

10. Informazzjoni speċifika dwar sentenzi dwar drittijiet ta' aċċess meta jintalab "exequatur" taħt l-Artikolu 28. Din il-possibiltà hija prevista fl-Artikolu 40(2).

10.1. Arranġamenti prattiċi għal eżerċizzju ta' drittijiet ta' aċċess (sa fejn imsemmi fis-sentenza)

10.1.1. Data u ħin

10.1.1.1. Bidu

10.1.1.2. Tmiem

10.1.2. Post

10.1.3. Obbligi sepċifiċi fuq titolari ta' responsabbiltà ta' ġenituri

10.1.4. Obbliġi speċifiċi fuq il-persuna bi dritt ta' aċċess

10.1.5. Kwalunkwe restrizzjonijiet annessi għall-eżerċizzju ta' drittijiet ta' aċċess

11. Informazzjoni speċifika għal sentenzi fuq ir-ritorn tal-wild f'każijiet fejn hija mitluba l-proċedura ta' "exequatur" taħt l-Artikolu 28. Din il-possibiltà hija prevista taħt l-Artikolu 40(2).

11.1. Is-Sentenza tinvolvi r-ritorn tal-wild

11.2. Persuna li lilha għandu jerġa' jingħata l-wild (sa fejn dikjarat fis-sentenza)

11.2.1. Isem sħiħ

11.2.2 Indirizz

Magħmul f' …, data.…

Firma u/jew timbru

[1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003li jikkonċerna ġurisdizzjoni u r-rikonoxzximent u l-applikazzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimojali u l-kwistjonijiet ta' responsabbiltà ta' ġenituri, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000.

[2] F'każijiet ta' kustodja konġunta, persuna diġà msemmija taħt il-partita 3 tista' wkoll tissemma taħt il-partita 4.

[3] Dokumenti msemmija fl-Artikolu 37(2) għandhom jiġu annessi.

[4] Jekk huma koperti iktar minn erbat itfal, uża formola oħra.

--------------------------------------------------

ANNESS III

ĊERTIFIKAT IMSEMMI FL-ARTIKOLU 41(1) LI JIKKONĊERNA SENTENZI DWAR ID-DRITTIJIET TA' AĊĊESS [1]

1. L-Istat Membru ta' oriġini

2. Il-Qorti jew l-awtorità li joħorġu ċ-ċertifikat

2.1. L-Isem

2.2. L-Indirizz

2.3. Tel./Fax/e-mail

3. Persuna(i) bi drittijiet ta' aċċess

3.1. Isem sħiħ

3.2. Indirizz

3.3. Id-Data u l-post ta' twelid (meta disponibbli)

4. Titolari ta' responsabbiltà tal-ġenituri ta' xort'oħra minn dawk imsemmija taħt 3 [2] [3]

4.1. 4.1.1. Isem sħiħ

4.1.2. Indirizz

4.1.3. Data u post ta' twelid (meta disponibbli)

4.2. 4.2.1. Isem sħiħ

4.2.2. Indirizz

4.2.3. Data u post tat-twelid (meta disponibbli)

4.3. Oħrajn

4.3.1. Isem sħiħ

4.3.2. Indirizz

4.3.3. Data u post ta' twelid (meta disponibbli)

5. Il-Qorti li tat is-sentenza

5.1. Isem tal-Qorti

5.2. Il-Post tal-Qorti

6. Is-Sentenza

6.1. Data

6.2. Numru ta' referenza

7. Tfal li huma koperti bis-sentenza [4]

7.1. Isem sħiħ u data ta' twelid

7.2. Isem sħiħ u data ta' twelid

7.3. Full name and date of birth

7.4. Isem sħiħ u data ta' twelid

8. Is-sentenza applikabbli fl-Istat Membru ta' oriġini?

8.1. Iva

8.2. Le

9. Meta s-sentenza ingħatat fin-nuqqas ta' preżenza, il-persuna li naqset li tidher ingħatat id-dokument li ta bidu għall-proċeduri jew kienet fornita b'dokument ekwivalenti f'ħin suffiċjenti u b'tali mod li kien possibbli li dik il-persuna tirranġa għad-difiża tiegħu jew tagħha, jew il-persuna ingħatat id-dokument iżda mhux in konformità ma' dawn il-kondizzjonijiet, ikun madankollu stabbilit li hu jew hi aċċettaw id-deċiżjoni mingħajr ekwivoku.

10. Il-Partijiet kollha konċernati ingħataw opportunità li jinstemgħu

11. It-Tfal ingħataw opporutnità li jinstemgħu, sakemm seduta ma kienitx ikkunsidrata mhux approprjata b'qies għall-età jew il-grad ta' maturità tagħhom

12. Arranġamenti prattiċi għal eżerċizzju ta' drittijiet ta' aċċess (sa fejn dikjarat fis-sentenza)

12.1. Data u ħin

12.1.1. Bidu

12.1.2. Tmiem

12.2. Post

12.3. Obbligi speċifiċi fuq titolari ta' responsabbiltà tal-ġenituri

12.4. Obbligi speċifiċi fuq il-persuna b'dritt ta' aċċess

12.5. Kwalunkwe restrizzjonijiet annessi ma' l-eżerċizzju ta' drittijiet ta' aċċess

13. Ismijiet ta' partijiet li lilhom ingħatat għajnuna legali

Magħmul fi …, data.…

Firma u/jew timbru

[1] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta' Novembru 2003 li jikkonċerna l-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-applikazzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000.

[2] F'każijiet ta' kustodja konġunta, persuna diġà msemmija taħt il-partita 3 tista' wkoll tissemma' fil-partita 4.

[3] Jekk jogħġbok agħmel salib fil-kaxxa li tikkorrispondi għall-persuna li għandha tiġi applikata s-sentenza għaliha.

[4] Jekk huma kkonċernati iktar minn erbat itfal, uża formola oħra.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

ĊERTIFIKAT IMSEMMI FL-ARTIKOLU 42(1) LI JIKKONĊERNA R-RITORN TAL-WILD [1]

1. L-Istat Membru ta' oriġini

2. Il-Qorti jew l-awtorità li joħorġu ċ-ċertifikat

2.1. L-Isem

2.2. L-Indirizz

2.3. Tel./Fax/e-mail

3. Persuna li lilha għandu jiġi ritornat il-wild (sa fejn dikjarat fis-sentenza)

3.1. Isem sħiħ

3.2. Indirizz

3.3. Data u post ta' twelid (meta disponibbli)

4. Titolari ta' responsabbiltà tal-ġenituri [2]

4.1. Omm

4.1.1. Isem sħiħ

4.1.2. Indirizz (meta disponibbli)

4.1.3. Data u post tat-twelid (meta disponibbli)

4.2. Missier

4.2.1. Isem sħiħ

4.2.2. Indirizz (meta disponibbli)

4.2.3. Data u post tat-twelid (meta disponibbli)

4.3. Oħrajn

4.3.1. Isem sħiħ

4.3.2. Indirizz (meta disponibbli)

4.3.3. Data u post tat-twelid (meta disponibbli)

5. Riċevitur (meta disponibbli)

5.1. Isem sħiħ

5.2. Indirizz (meta disponibbli)

6. Il-Qorti li tat is-sentenza

6.1. L-Isem tal-Qorti

6.2. Il-Post tal-Qorti

7. Sentenza

7.1. Data

7.2. Numru ta' referenza

8. Tfal li huma koperti mis-sentenza [3]

8.1. L-Isem sħiħ u d-data ta' twelid

8.2. L-Isem sħiħ u d-data ta' twelid

8.3. L-Isem sħiħ u d-data ta' twelid

8.4. L-Isem sħiħ u d-data ta' twelid

9. Is-Sentenza tinvolvi li jingħata lura l-wild

10. Is-Sentenza hija applikabbli fl-Istat Membru ta' oriġini?

10.1. Iva

10.2. Le

11. It-Tfal ingħataw l-opportunità li jinstemgħu, sakemm seduta ma kienitx ikkunsidrata approrpjata b'qies għall-età jew il-grad ta' maturità tagħhom

12. Il-Partijiet ingħataw opportunità li jinstemgħu

13. Is-Sentenza tinvolvi li t-tfal jingħataw lura u li l-qorti tkun ikkunsidrat fil-ħruġ tas-sentenza tagħha r-raġunijiet għal u provi għad-deċiżjoni maħruġa skond l-Artikolu 13 tal-konvenzjoni ta' l-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili ta' Sekwestru Internazzjonali tat-Tfal

14. Meta applikabbli, dettallji ta' miżuri meħuda minn qrati jew awtoritajiet sabiex tiġi assigurata l-protezzjoni tal-wild wara r-ritorn tiegħu/tagħha lejn l-Istat Membru ta' residenza abitwali

15. Ismijiet ta' partijiet li lilhom ingħatat għajnuna legali

Magħmula f' …, data.…

Firma u/jew timbru

[1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201 tas-27 ta' Novembru 2003 li jikkonċerna ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-applikazzjoni ta' sentenzi f'kwistjonijiet matrimonjali u l-kwistjonijiet ta' responsabbiltà ta' ġenituri, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000.

[2] Din il-partita mhijiex obbligatorja.

[3] Jekk huma koperti iktar minn erbat itfal, uża formola oħra.

--------------------------------------------------

ANNESS V

TABELLA PARAGUNATTIVA MAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1347/2000

Artikoli mħassra | Artikoli korrispondenti ta' test ġdid |

1 | 1, 2 |

2 | 3 |

3 | 12 |

4 | |

5 | 4 |

6 | 5 |

7 | 6 |

8 | 7 |

9 | 17 |

10 | 18 |

11 | 16, 19 |

12 | 20 |

13 | 2, 49, 46 |

14 | 21 |

15 | 22, 23 |

16 | |

17 | 24 |

18 | 25 |

19 | 26 |

20 | 27 |

21 | 28 |

22 | 21, 29 |

23 | 30 |

24 | 31 |

25 | 32 |

26 | 33 |

27 | 34 |

28 | 35 |

29 | 36 |

30 | 50 |

31 | 51 |

32 | 37 |

33 | 39 |

34 | 38 |

35 | 52 |

36 | 59 |

37 | 60, 61 |

38 | 62 |

39 | |

40 | 63 |

41 | 66 |

42 | 64 |

43 | 65 |

44 | 68, 69 |

45 | 70 |

46 | 72 |

Anness I | 68 |

Anness II | 68 |

Anness III | 68 |

Anness IV | Anness I |

Anness V | Anness II |

--------------------------------------------------

ANNESS VI

Dikjarazzjonijiet mill-Isvezja u mill-Finlandja skond l-Artikolu 59(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill li jikkonċernaw ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-applikazzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jħassru r-Regolament (KE) Nru 1347/2000.

Dikjarazzjoni mill-Isvezja:

Skond l-Artikolu 59(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill li jikkonċerna l-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-applikazzjoni ta' sentenzi f'kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000, l-Isvezja hawnhekk tiddikjara li l-Konvenzjoni tas-6 ta' Frar 1931 bejn id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja, u l-Isvezja li tinkludi disposizzjonijiet internazzjonali ta' liġi privata dwar iż-żwieġ, l-adozzjoni u l-kustodja, flimkien mal-Protokoll Finali magħha, japplikaw kompletament relazzjonijiet bejn l-Isvezja u l-Finlanda, minflok ir-regoli tar-Regolament.

Dikjarazzjoni mill-Finalndja:

Skond l-Artikolu 59(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill li jikkonċerna l-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-applikazzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1347/2000, il-Finlandja hawnhekk tiddikjara li l-Konvenzjoni tas-6 ta' Frar 1931 bejn il-Finalndja, id-Danimarka, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Isvezja li tinkludi disposizzjonijiet internazzjonali ta' liġi privata dwar iż-żwieġ, l-adozzjoni u l-kustodja, flimkien mal-Protokoll finali miegħu, japplikaw kompletament relazzjonijiet bejn il-Finlandja u l-Isvezja, minflok ir-regoli tar-Regolament.

--------------------------------------------------

Top