EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0859

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 ta’ l-14 ta’ Mejju 2003 li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom

ĠU L 124, 20.5.2003, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/859/oj

32003R0859



Official Journal L 124 , 20/05/2003 P. 0001 - 0003


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003

ta’ l-14 ta’ Mejju 2003

li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 63, il-punt 4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) Fil-laqgħa speċjali tiegħu f’Tampere fil-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999, il-Kunsill Ewropew ipproklama li l-Unjoni Ewropea għandha tassigura trattament ġust lil ċittadini ta pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ l-Istati Membri tagħha, jingħataw lilhom drittijiet u obbligazzjonijiet komparabbli ma "dawk ta’ ċittadini ta’ l-UE, tittejjeb in-non diskriminazzjoni fil-ħajja ekonomika, soċjali u kulturali u l-istatus legali tagħhom għal dak taċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri."

(2) Fir-riżoluzzjoini tiegħu tas-27 ta’ Ottubru 1999 [3], il-Parlament Ewropew talab għal azzjoni malajr dwar il-wegħdiet ta’ trattament ġust għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirresjedu legalment fl-Istati Membri u dwar id-definizzjoni ta’ l-istatus legali tagħhom, inklużi drittijiet uniformi qrib kemm jista "jkun għal dawk li jgawdu ċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea."

(3) Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali appella wkoll għal trattament ugwali ta’ ċittadini tal-Komunità u ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-qasam soċjali, notevolment fl-opinjoni tiegħu tas-26 ta’ Sttembru 1991 dwar l-istatus ta’ ħaddiema emigranti minn pajjiżi terzi [4].

(4) L-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Unjoni għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali, kif garantiti bil-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali ffirmat f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950 u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, bħala prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità.

(5) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-ispirtu ta’ l-Artikolu 34(2) tagħha.

(6) Il-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ protezzjoni soċjali u li jittella "l-istandard ta’ l-għajxien u l-kwalità tal-ħajja fl-Istati Membri huma l-obbjettivi tal-Komunità."

(7) Fir-rigward tal-kondizzjonijiet tal-protezzjoni soċjali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u b’mod partikolari l-iskema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom, il-Kunsill dwar l-Impiegi u l-Politika Soċjali argumenta fil-konklużjoni tiegħu tat-3 ta’ Diċembru 2001 li l-koordinazzjoni applikabbli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandha tagħtihom sett ta’ drittijiet uniformi kemm jista "jkun qrib ta’ dawk li jgawdu ċ-ċittadini ta’ l-UE."

(8) Fil-preżent, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 ta’ l-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni mpjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità [5], li hija l-bażi għall-koordinazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri differenti, u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 [6], tapplika biss għal ċerti ċittadini ta’ pajjiżi terzi. In-numru u d-diversità ta’ l-istrumenti legali wżati fi sforz li jiġu riżolti l-problemi li għandhom x’jaqsmu mal-koordinazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali ta’ l-Istati Membri li jiltaqgħu magħhom ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma fl-istess sitwazzjoni bħaċ-ċittadini tal-Komunità tagħti lok għal kumplessitajiet legali u amministrattivi. Dawn joħolqu diffikultajiet prinċipali għall-individwi ikkonċernati, l-impjegati tagħhom, u l-korpi kompetenti nazzjonali tas-sigurtà soċjali.

(9) Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi provdut għall-applikazzjoni tar-regoli ta’ koordinazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fil-Komunità u li m’humiex fil-preżent koperti bid-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti fuq il-bażi taċ-ċittadinanza tagħhom u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet l-oħra kif provdut f’dan ir-Regolament; estensjoni bħal dik hija ta’ mportanza partikolari minħabba t-tkabbir li ġej ta’ l-Unjoni Ewropea.

(10) L-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal dawn il-persuni ma jagħtihomx xi titolu li jidħlu, joqogħodu jew jirrisjedu fi Stat Membru jew li jkollhom aċċess għas-suq tax-xogħol tiegħu.

(11) Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 huma, bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, applikabbli biss sal-limitu li l-persuna kkonċernata hija diġà legalment tirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru. Li wieħed ikun legalment jirrisjedi hija għalhekk prerekwiżit għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

(12) Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 m’humiex applikabbli f’sitwazzjoni li hija konfinata fl-aspetti kollha ġewwa Stat Membru wieħed. Dan jikkonċerna, fost ħwejjeġ oħra, is-sitwazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkollu rabtiet biss ma "pajjiż terz u ma" Stat Membru wieħed.

(13) Id-dritt kontinwat għall-benefiċċju tad-disimpieg, kif preskritt fl-Artikolu 69 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, huwa suġġett għall-kondizzjoni tar-reġistrazzjoni bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol mas-servizzi ta’ l-impiegi ta’ kull Stat Membru li daħal fih. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu għalhekk japplikaw għal ċittadini ta’ pajjiż terz biss sakemm hu/hi jkollha d-dritt, fejn xieraq skond il-permess tar-residenza tiegħu/tagħha, li tirreġistra bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol mas-servizzi ta’ l-impiegi ta’ l-Istat Membru li daħal fih u d-dritt li jaħdem hemm legalment.

(14) Dispożizzjonijiet transitorji għandhom jiġu adottati biex jipproteġu lill-persuni koperti b’dan ir-Regolament u li jiġi assigurat li ma jitilfux id-drittijiet bħala riżultat tad-dħul tiegħu fis-seħħ.

(15) Biex jinkisbu dawn l-obbjettivi huwa meħtieġ u xieraq li jiġi estiż il-kamp ta’ l-applikazzjoni tar-regoli li jikkoordinaw l-iskemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali billi jiġi adottat strument legali tal-Komunità li jkun jorbot u japplika direttament f’kull Stat Membru li jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(16) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn patti ta’ ftehim internazzjonali ma "pajjiżi terzi li għalihom il-Komunità hija parti u li joffru vantaġġi f’termini ta’ sigurtà soċjali."

(17) Minħabba li l-obbjettivi ta’ l-azzjoni proposta ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk minħabba l-iskala jew l-effetti ta’ l-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista "tieħu miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà priservati fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f" dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma "jmurx" l hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawn l-obbjettivi.

(18) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Irlanda u r-Renju Unit taw avviż, permezz ta’ ittri tad-19 u t-23 ta’ April 2002, bix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-r-Regolament.

(19) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix ser tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u għalhekk mhix marbuta bih jew suġġetta għalih,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness li jinsab ma "dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandhom japplikaw għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li m’humiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament fuq il-bażi taċ-ċittadinanza tagħhom, kif ukoll għall-membri tal-familji tagħhom u s-superstiti tagħhom, sakemm ikunu jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ Stat Membru u huma f’sitwazzjoni li mhix konfinata fl-aspetti kollha ġewwa Stat Membru wieħed."

Artikolu 2

1. Dan ir-Regolament m’għandux joħloq xi drittijiet fir-rigward tal-perijodu qabel l-1 ta’ Ġunju 2003.

2. Kull perijodu ta’ assigurazzjoni u, fejn xieraq, kull perijodu ta’ impieġ, impieg għal rasu jew residenza kompletati taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru qabel l-1 ta’ Ġunju 2003 għandu jingħata kont tagħhom għall-istabbiliment tad-drittijiet akkwistati skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, dritt jinkiseb taħt dan ir-Regolament ukoll jekk ikun jirrelata ma "kontinġenza li tirriżulta qabel l-1 ta’ Ġunju 2003."

4. Kull benefiċċju li ma kienx ingħata jew li kien ġie sospiż minħabba ċ-ċittadinanza jew ir-residenza tal-persuna kkonċernata għandu, fuq it-talba ta’ dan imsemmi l-aħħar, jingħata jew jerġa jingħata mill-1 ta’ Ġunju 2003, sakemm id-drittijiet li għalihom il-benefiċċju kien ingħata qabel ma tawx lok għal ħlas wieħed f’daqqa.

5. Id-drittijiet ta’ persuni li qabel l-1 ta’ Ġunju 2003, akkwistaw l-għoti ta’ pensjoni jistgħu jiġu riveduti fuq it-talba tagħhom, waqt li jingħata kont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

6. Jekk it-talba msemmija fil-paragrafu 4 jew il-paragrafu 5 issir fi żmien sentejn mill-1 ta’ Ġunju 2003, id-drittijiet li joħorġu minn dan ir-Regolament għandhom jiġu akkwistati minn dik id-data u d-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta’ xi Stat Membru dwar it-telf jew l-iskadenza ta’ drittijiet ma jistgħux jiġu applikati lill-persuni kkonċernati.

7. Jekk it-talba msemmija fil-paragrafu 4 jew il-paragrafu 5 issir wara li jiskadi l-limitu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 6, drittijiet li ma ntilfux jew skadew għandhom jiġu akkwistati mid-data ta’ dik it-talba, bla ħsara għal xi dispożizzjonijiet aktar favorevoli tal-leġislazzjoni ta’ xi Stat Membru.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunià Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Mejju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

A.A. Tsochatzopoulos

[1] ĠU C 126 E, tat-28.5.2002, p. 388.

[2] Opinjoni tal-21 ta’ Novembru 2002 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 154, tal-5.6.2000, p. 63.

[4] ĠU C 339, tal-31.12.1991, p. 82.

[5] ĠU L 149, tal-5.7.1971, p. 2; Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1386/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 187, ta’ l-10.7.2001, p. 1).

[6] ĠU L 74, tas-27.3.1972, p. 1; Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 410/2002 (ĠU L 62, tal-5.3.2002, p. 17).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

I. IL-ĠERMANJA

Fil-każ ta' benefiċċji tal-familja, dan ir-Regolament għandu japplika biss għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li għandhom fil-pussess tagħhom permess tar-residenza li jikkonforma mad-definizzjoni fil-liġi Ġermaniża ta' "Aufenthaltserlaubnis" jew "Aufenthaltsberechtigung".

II. L-AWSTRIJA

Fil-każ ta' benefiċċji tal-familja, dan ir-Regolament għandu japplika biss għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fil-liġi Awstrijaka għal titolu permanenti għall-allowances tal-familja.

--------------------------------------------------

Top